Barranin
Jgħid li r-Renju Unit ser joħroġ mill-UE f’Ottubru jintlaħaq jew ma jintlaħaqx ftehim

Muniti

L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim. Matul il-lejl, l-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell fi 23 xahar kontra l-ewro, l-aktar minħabba s-saħħa tal-ewro aktar milli mit-tħassib dwar il-Brexit. Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru jsir ftehim jew le.

Ir-riskju ta’ Brexit bla ftehim kiber fil-ġimgħat riċenti taħt Johnson, li wassal biex l-isterlina jkollha l-inqas rata f’aktar minn sentejn.

L-isterlina llum żdiedet b’0.3% kontra d-dollaru għal €1.2173, lil hinn mill-inqas rata f’31 xahar ta’ $1.2080 milħuqa l-ġimgħa li għaddiet. Kontra l-ewro, l-isterlina rkuprat mill-inqas rata f’sentejn ta’ 92.49 pence biex laħqet 92.06, żieda ta’ 0.2% iżda wara tbaxxiet għal 0.9174.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa ssodaw illum wara l-akbar tnaqqis fi tliet snin, hekk kif statistika tajba mill-Ġermanja berrdet xi ftit in-nervi minħabba t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Investituri qalu li l-bejgħ xprunat mill-waqgħa simbolika tal-munita Ċiniża lbieraħ naqas għalissa, iżda s-sentiment baqa’ inċert.

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu mmexxija minn żidiet fl-ishma tat-teknoloġija, hekk kif iċ-Ċina daħlet biex tistabilizza lill-munita, jum wara li l-indiċi ewlenin f’Wall Street kellhom l-akbar waqgħa tas-sena.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-FIMBank żdiedu b’6.15%, il-MIDI b’7.69%, il-Malta Properties Company bi 2.21% u l-RS2 Software b’0.51%. Il-Malta International Airport tilfu 3.23%, il-Bank of Valletta 1.83% u l-HSBC Bank 0.65%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Global Capital 2021 tilfu 2.24%; l-AX Investments 2024, 2.65%; l-Izola Bank 2025 2.06%; l-SD Finance 2027 żdiedu b’1.46%; l-iStivala Group Finance 2027 tilfu 0.39%; Hili Finance Company 2028 żdiedu b’0.50% u l-Bank of Valletta 2030 (it-tieni ħruġ) tilfu 0.99%.

Il-prezzijiet taż-żejt irkupraw ftit illum mill-waqgħat kbar riċenti, iżda l-Brent baqa’ qrib l-inqas prezz f’7 xhur ta’ madwar $60 kull barmil minħabba t-tensjoni kummerċjali dejjem tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Il-Brent tbaxxa aktar minn 9% fil-ġimgħa li għaddiet bil-President Trump jgħid li ser jimponi aktar tariff fuq iċ-Ċina u ċ-Ċina tirritalja kontra l-prodotti agrikoli Amerikani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.28% kontra d-dollaru għal $1.0990 waqt li l-Isterlina żdiedet għal $1.2399. Il-Brexit issa jinsab riesaq wara lil-Gvern tar-Renju Unit issottometta l-aħħar proposti tiegħu lill-Unjoni Ewropea hekk kif…

Aktar