Barranin
Jibdew jirkupraw l-ishma dinjin

Muniti

L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur li jfisser li l-investituri għadhom negattivi.

L-Isterlina qed ikollha pressjoni fuqha min-numru ta’ fatturi: ir-rati ta’ imwiet għolja bil-COVID-19, nuqqas ta’ progress fin-negozjati dwar Brexit, prospetti ekonomiċi mċajpra u l-konsiderazjoni li l-Bank of England ta rati ta’ interessi negattivi.

L-ewro tilef kontra l-isterlina, id-dollaru Kanadiż u d-dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-ishma dinjin kienu qrib l-ogħla livelli fi tliet xhur u l-bonds mill-gvernijiet meqjusa sodi tbaxxew hekk kif it-tnaqqis fl-ekonomija fl-Ewropa donnu stablizza ruħu biex kabbar is-sentiment ta’ riskju, minkejja tħassib dwar il-protesti vjolenti fl-Istati Uniti u l-ansjetà dwar it-tilwim tal-Istati Uniti maċ-Ċina.

L-ishma Ewropej kienu qrib l-ogħla prezzijiet fi tliet xhur minħabba tamiet ta’ irkupru ekonomiku wara l-coronavirus, bl-investituri jieħdu n-nifs li t-tweġiba tal-Istati Uniti għal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali f’Ħong Kong ma kenitx ħażina daqskemm kienet mistennija.

Sadattant, diversi stħarriġ dwar l-attività tan-negozju wrew li l-attività tal-industriji fiċ-Ċina kibret b’pass inqas mgħaġġel matul Mejju iżda l-momentum fis-setturi tas-servizzi u tal-kostruzzjoni żdied hekk kif in-negozji ħarġu mil-lockdowns.

Shares

F’sessjoni mħalta, is-Santumas Sharholdings żdiedu qrib l-10%, segwiti minn Tigne Mall bi 2.56%.  Xi żidiet modesti oħra kienu fil-Malta International Airport u l-RS2 Software. F’territorju negattiv kien hemm il-GO u l-Plaza Centres li tilfu 1% u 3% rispettivament. L-International Hotel Investments tilfu qrib is-6%.

Bonds

Is-suq  tal-bonds lokali kien ġeneralment pożittiv b’bond wieħed biss jitlef bil-maġġoranza jekk kienu pożittivi jew bl-ebda movement. L-Internatioonal Hotel Investments 2026 żdiedu 9%,  il-Hudson Malta u l-Plaza Centres żdiedu  2% u 1.75% rispettivament.  L-iStivala Group u l-Bank of Valletta gained 1%, l-iStivala Finance 2027 żdiedu 0.45%. Il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje) tilfu 2.5%.

Prodotti Essenzjali

Fil-qasam taż-żejt, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Iran qal li l-pajjiżu ser ikompli jforni lill-Veneżwela jekk din  titlob aktar provvisti. Dan minkejja l-kritika tal-Gvern Amerikan dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, li t-tnejn huma taħt sanzjonijiet mill-Istati Uniti. Iż-żejt kien qed jiġi nnegozjat aktar baxx illum bil-Brent  jitlef 0.5 waqt li l-West Texas Intermediate tilef 2.25%.

Il-prezzijiet tad-deheb huma modestament ogħla fin-negozju bikri fl-Istati Uniti. Id-deheb qed ikollu xi ftit tal-pressjonijet mill-indiċijiet tal-ishma fl-Istati Uniti li sorprendentament ftit qed juru reazzjoni għall-inkwiet ċivili fil-pajjiż. Il-prezzijiet tal-fidda qed juru żidiet tajbin u laħqu livell ogħla mill-aħħar tliet xhur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar