Barranin
Jiddgħajjef id-Dollaru minħabba aspettattivi dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Id-Dollaru ddgħajjef hekk kif il-muniti marbuta mal-prodotti essenzjali avvanzaw f’negozju ta’ riskju mqajjem minn aspettattivi dejjem jiżdiedu dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, żejt ogħla u spekulazzjoni li l-banek ċentrali ser jieħdu aktar azzjonijiet biex jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku.

L-Ewro żdied b’0.25% kontra d-Dollaru għal €1.1470 wara li kien qed jiġi nnegozjat fil-firxa ta’ bejn €1.1437 u $1.1479 f’volum modest. L-Ewro żdied 0.07% kontra l-Isterlina; 0.18% kontra l-Yen u ma kellux ċaqliq kontra d-Dollaru Kanadiż. L-Ewro tilef 0.18% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.14% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-indiċijiet Ewropej irkupraw. Il-FTSE 100 żdied b’1.04%; l-iSTOXX b’1.04%; id-DAX b’1.34% u l-CAC 40 b’1.39%.

Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.41% u l-indiċi tal-Borża ta’ Malta avvanza b’0.110%.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-FIMBank u l-HSBC Bank Malta għalqu b’żieda ta’ 1.41% u 0.58% rispettivament. Il-GO, il-Malta International Airport u Simonds Farsons Cisk ma kellhom ebda bidla. Il-Bank of Valletta u l-Malita Investments tilfu aktar minn 0.30% u għalqu €1.30 u €0.86 rispettivament.

Bonds

Fis-sessjoni tal-Bonds, it-Tumas Invesments 2024, il-Grand Harbour Marina 2027, l-iStivala Group Finance 2027 u l-Hili Finance Company  2028 żdiedu b’aktar minn 0.30% bit-Tumas Investments juru żieda ta’ 0.76% għal €109.33.

Sadattant, il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026, in-1923 Investments 2024 u l-Medserv 2026 tilfu 0.67%, 1.44% u 1.46% rispettivament.

Iż-żejt Brent żdied bi 2.71% għal €60.28 waqt li l-U.S. Light crude wera żieda ta’ 2.99% għal $51.26.

Kien hemm żieda ta’0.03% fid-deheb għal $1,280.75waqt li l-fidda avvanzat b’0.16% għal $15.67770.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Muniti Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro…

Aktar