Barranin
Jidgħajjef l-ewro wara li l-PM Spanjol jitlef vot parlamentari dwar il-budget

Muniti

L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li kienet dgħajfa aktar milli mistennija u tħassib li l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez jista’ jiffaċċa elezzjoni ġenerali wara li tilef vot parlamentari dwar il-baġit.

L-ewro tilef ukoll b’0.37% kontra l-Isterlina; 0.39% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.12% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.27% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro żdied 0.05% kontra il-Yen.

Indiċi

L-ishma estendew iż-żidiet tagħhom madwar id-dinja wara li l-President Trump wera ton aktar konċiljatorju lejn iċ-Ċina u dan qajjem tamiet li jista’ jkun hemm żvilupp importanti fit-taħditiet kummerċjali meta jibdew aktar tard din il-ġimgħa.

Il-boroż Ewropej kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 juri żieda ta’ 0.66%; l-iSTOXX 50 b’0.34%; id-DAX 0.29% u l-CAC 40 b’0.41%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.54% ogħla.

Il-prezz taż-żejt kompla jirkupra mil-livelli baxxi tal-aħħar jumejn wara li l-Għarabja Sawdija wiegħdet li tkabbar it-tnaqqis fil-produzzjoni. Iż-żejt Brent żdied b’0.85% għal $62.95 waqt li l-U.S. Light crude wera żieda ta’ 0.56% għal $53.40.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.09% għal $1,309.57 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.20% għal $15.67.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Barranin

L-ewro tilef kontra d-Dollaru Amerikan wara erbat ijiem infila ta’ żidiet. Il-munita tilfet 0.02% għal $1.1300. L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-Ġermanja żdiedet b’0.4% fi Frar wara tnaqqis ta’0.5% xahar qabel. Fl-Istati…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet illum hekk kif l-investituri qed jistennew li l-parlamentari fir-Renju Unit ma jaċċettawx li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ebda ftehim waqt li d-Dollaru Awstraljan tilef wara li…

Aktar