Barranin
Jidher li l-ishma Ewropej qed jirkupraw wara żmien iebes

Muniti

L-ewro qed jiġi nnegozjat kontra d-dollaru ‘l fuq minn $1.1300, u qed jipprova jirkupra wara l-waqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa. Iż-żieda hija parzjalment dovuta għall-korrezzjoni u parzjalment tweġiba għat-tagħrif tajjeb dwar il-klima tan-negozju fil-Ġermanja li qabeż id-99.6 punti. Komponenti oħrajn tar-rapport, minn din l-istituzzjoni Ġermaniża, ukoll marru aħjar mit-tbassir.

Iċ-ċifri ppublikati llum jikkuntrastjaw ma’ dawk ta’ nhar il-Ġimgħa maħruġa mis-suq dwar is-settur tal-manifattura li tbaxxa għal 44.7, f’territorju ta’ tnaqqis. Is-swieq tħassbu b’dan u anke sabu interpretazzjoni ġdida fid-deċiżjoni tal-Federal Reserve. Waqt li t-tweġiba inizjali kienet pożittiva, għax il-Federal Reserve jappoġġa lis-suq, is-sentiment inbidel għal wieħed ta’ tħassib li qed jikber dwar l-ekonomija. L-ewro żdied b’0.16% kontra d-dollaru għal $1.1320.

Il-kabinett Ingliż iltaqa’ sabiex jiddiskuti l-Brexit fost rapporti li l-Prim Ministru May tista’ tiġi sfurzata li tirriżenja biex ikun jista’ jgħaddi l-ftehim propost minnha. Il-Parlament jista’ jieħu l-kwistjoni f’idejh billi jivvota sabiex ikun hemm voti indikattivi nhar l-Erbgħa. Il-Parlament jista’ jagħti wkoll sinjal dwar liema tip ta’ Brexit irid. L-iskadenza preżenti hija t-12 ta’ April. L-ewro tbaxxa b’0.06% kontra l-Isterlina għal 0.8554 Sterlina.

Barra dan, l-ewro tbaxxa b’0.15% kontra d-dollaru Awstraljan; żdied b’0.11% kontra dak Kanadiż; 0.29% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej kellhom tnaqqis modest, indikazzjoni li ż-żmien iebes għalihom jidher li ċkien f’terminu qasir.

Il-FTSE 100 tilef 0.56%; l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.12%; id-DAX b’0.10% u l-CSAC 40 b’0.18%. Id-Dow Jones tbaxxa b’0.37% waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.601%.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali l-Bank of Valletta, l-International Hotel Investments, il-Malta International Airport u l-RS2 Software żdiedu b’aktar minn 0.70% bil-Bank of Valletta jkollu l-akbar żieda ta’ 2.84% għal €1.45. F’territorju negattiv kien hemm tnaqqis ta’ 0.61% fl-HSBC Bank Malta, 1.79% fil-Medserv u 5.60% fil-Lombard Bank Malta.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2020, il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 żdiedu b’aktar minn 1.40%. Il-MIDI 2026, il-Bortex Group Finance 2027, in-1923 Investments 20245 u l-Pendergardens Developments 2022 kollha kienu f’territorju negattiv bi tnaqqis ta’0.09%, 0.25%, 0.97%,U 4.98% rispettivament.

Iż-żejt Brent tilef 0.25% għal $66.84 u l-United States Light crude tbaxxa b’0.22% għal $58.90.

Id-deheb kellu żieda ta’ 0.39% għal $1,318.73 waqt li l-fidda telgħet b’0.83% għal $15.55.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar