Lokali
Jinħarġu €40 miljun fi stokks tal-Gvern għall-offerti b’irkant

L-Accountant General ħabbar il-ħruġ ta’ €40,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta, soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar, sa massimu ta’ €35,000,000 kif ġej:-

(i) 1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (III) Fungibility Issue, u

(ii) 1.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (I) Fungibility Issue, jew

(iii) f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €40,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa t-2 ta’ Awwissu, 2017 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment, u jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant General ser iħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ Stqarrija għall-Istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta l-1 ta’ Awwissu, 2017, li tkun tikkonsisti minn firxa indikattiva ta’ spreads fuq ir-rati tal-euro mid-swap li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kundizzjonijjiet fis-suq sekondarju tal-1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (III) u tal-1.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (I).

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata fi 12-il jum kontra basket ma’ muniti ewlenin minħabba li l-inċertezza li l-President Trump ser jippreżenta r-riformi fiskali tiegħu baxxew lid-dollaru kontra…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum żdied għall-ogħla rata f’ġimgħa wara li l-istatistika kummerċjali tal-Ġermanja żdiedet aktar milli mistenni, u dan kabbar it-tamiet li l-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-ewro jibqgħu b’saħħithom. L-isterlina…

Lokali

Aktar minn 50 impjegat tal-HSBC Malta ġrew, għamu, qadfu u mxew f’Għawdex u Malta bħala parti mill-attività HSBC Challenge 2017. Din l-attività ta’ karità kellha l-għan li tnissel tbissima fuq…

Aktar