X

Jinżel il-prezz tad-deheb u tal-fidda

Il-munita Amerikana baqgħet f’firxa relattivament żgħira kontra l-muniti ewlenin rivali bħall-Ewro u l-Isterlina, bis-suq kien qed iħejji ruħu għar-rapport mistenni dwar il-qagħda tal-impjiegi fl-Istati Uniti aktar tard fil-jum.

Il-President Amerikan diġà sfida liċ-Ċina, il-Messiku, il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar kwistjonijiet kummerċjali. Huwa akkuża ripetutament pajjiżi oħra li qed jiżvalutaw il-muniti tagħhom u b’hekk ipoġġu lill-Istati Uniti fi żvantaġġ. Il-Federal Reserve mistenni li jżid ir-rati tal-interessi din il-ġimgħa, it-tielet darba ta’ mossa ta’ issikkar monetarju din is-sena, u l-istatistika dwar l-impjiegi mistennija li tfassal il-ħarsa għal futur qrib tal-investituri dwar ir-rati tal-interessi.

L-Ewro żdied b’0.18% għal €1.1642 u matul il-ġimgħa wera żieda ta’ 0.15%. L-Ewro żdied ukoll b’0.10% kontra l-Isterlina, 0.80% kontra d-Dollaru Awstraljan, b’0.13% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.05% kontra l-Yen. Sadattant l-Ewro tilef 0.13% kontra l-Frank Żvizzeru.

Il-FTSE 100 tilef 0.03% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.22% fl-iSTOXX 50; 0.19% fid-DAX u 0.32% fil-CAC 40.

Il-prezzijiet taż-żejt żammew sodi hekk kif waqgħa fl-inventarji tal-Istati Uniti għall-inqas livell mill-2015 sostniet is-suq, għalkemm it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u d-dgħufija fis-swieq emerġenti  baqgħu ta’ tħassib. Il-Brent tbaxxa b’0.12% għal $76.55 waqt li l-U.S. Light crude żdied b’0.21% għal $67.91.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew b’0.09% għal $1, 199.46 u l-fidda b’0.57% għal $14.12.

av :