Barranin
Jinżel il-prezz tad-deheb u taż-żejt

Muniti

Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell ma bidilx l-aspettattivi dwar il-politika monetarja tal-Istati Uniti fid-diskors lill-Kungress it-Tlieta u l-Erbgħa, iżda n-negozjaturi raw li l-kummenti tiegħu fissru li l-awtoritajiet kienu komdi bid-dollaru qrib żieda ta’ sitta fil-mija kontra r-rivali tiegħu f’dawn l-aħħar tliet xhur.

L-ewro niżel kontra d-dollaru b’0.40 fil-mija għal 1.1591. Barra minn hekk, il-munita unika telgħet b’0.38 fil-mija kontra l-isterlina u 0.03 kontra l-Frank Żvizzeru. Sadanittant, l-ewro niżel b’0.22 fil-mija kontra l-Yen għal 131.03.

Indiċi

Irkupru fl-istokks Ewropej ġie fix-xejn minħabba li riżultati negattivi niżżlu ‘l isfel lill-aġenzija tar-reklamar Publicis u nżul fil-prezzijiet tal-metalli kaxkar lis-suq.

Hekk kif l-istaġun tal-qligħa daħal fl-aqwa tiegħu l-indiċi FTSE 100, DAX, STOXX 50 u CAC40 kienu lkoll f’territorju negattiv bid-DAX jara l-ikbar telf b’0.47 fil-mija.

Id-Dow Jones Industrial Average fetaħ 0.44 fil-mija inqas fil-ftuħ fil-livell ta’ 25,089.000.

L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta niżel b’0.0011 fil-mija u għalaq fil-livell ta’ 8,671.082.

Ishma

Malita Investments plc, International Hotel Investments plc u HSBC Bank Malta plc telgħu b’aktar minn 0.50%. Sadanittant GO plc niżlu b’1.16 fil-mija u għalqu fil-livell ta’ 3.40.

Bonds

 4.00% International Hotel Investments 2026 u 4.50% Hili Properties 2025 telgħu b’0.48 u 0.01 fil-mija rispettivament. Fil-frattemp 5.00% Dizz Finance 2026, 4.80% Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 u 3.50% Bank of Valletta 2030 (Series 1) niżlu b’aktar minn 0.20 fil-mija.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt niżlu minħabba pressjoni minn dollaru li qed jissaħħaħ u wara li dejta uffiċjali uriet żieda mhux mistennija fil-provvista taż-żejt tal-Istati Uniti, il-produzzjoni tal-Istati Uniti laħqet livell għoli rekord u l-esportaturi ewlenin taż-żejt żiedu l-produzzjoni.

Il-Brent niżel b’1.04 fil-mija għal $72.30 kull barmil u ż-żejt ħafif tal-Istati Uniti niżel b’0.71 fil-mija għal $68.27 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb niżel b’1.09 fil-mija għal $1214.56 kull uqija u l-fidda niżel b’2.31 fil-mija għal $15.24 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro, li waqa’ għall-inqas rata fi 13-il xahar kmieni l-ġimgħa li għaddiet fost tħassib li l-kriżi Torka tolqot ħażin lill-banek Ewropej, żdied illum. Id-Dollaru tbaxxa llum wara li l-President Donald…

Barranin

L-Ewro tbaxxa llum hekk kif id-dollaru ssaħħaħ qabel it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li huma mistennija din il-ġimgħa. L-investituri jittamaw li dawn inaqqsu t-tensjonijiet bejn l-akbar żewġ ekonomiji…

Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Aktar