Jinżel il-prezz tad-deheb 

Id-Dollaru laħaq l-ogħla rata kontra l-Yen f’sitt xhur u d-dollaru ta’ New Zealand żdied għal qrib l-ogħla livell f’erba’ xhur wara li rkupru mhux mistenni fis-settur tal-manifattura taċ-Ċina kabbar it-tamiet ta’ prospetti aħjar għat-tkabbir dinji.

L-ewro kien stabbli qabel ix-xhieda tal-President il-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, lill-Parlament Ewropew. Elezzjoni li qed issir inċerta fir-Renju Unit ġibdet lill-Isterlina ‘l isfel.

L-isterlina tbaxxiet hekk kif l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li saru juri probabbiltà li l-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru ma tagħti maġġoranza lill-ebda partit.

Indiċi

L-ishma Ewropej resqu lejn l-livell għolja ta’ dan l-aħħar hekk kif l-istatistika dwar il-manifattura fiċ-Ċina u mill-ekonomiji l-kbar taż-żona tal-ewro xprunaw lis-setturi sensittivi għall-kummerċ, inklużi dawk tal-minjieri, iż-żejt u l-gass.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn ftuħ bla ċaqliq hekk kif il-President Trump qal li huwa ser jerġa’ jdaħħal it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-metall mill-Brażil u mill-Arġentina, bl-investituri ftit jagħtu kas ta’ titjib fl-attività tal-manifattura fiċ-Ċina.

Local Stocks

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valetta żdiedu 1.42%, l-HSBC Bank Malta avvanzaw b’4.17% waqt li l-Malta International Airport tilfu 0.70%. Kien hemm tnaqqis ta’ 11.20% fil-Medserv u 0.78% fil-MIDI waqt li l-BMIT Technologies u l-PG ma kellhom ebda movimenti.
Local Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2022 tilfu 0.59% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.79% fl-Eden Finance 2027. F’territorju pożittiv, id-Dizz Finance 2026 żdiedu b’1%; il- Mercury Projects Finance 2027 żdiedu b’5.21%; l-iStivala Group Finance 2027 avvanzaw b’1.57%, waqt li Tum Finance 2029 wrew żieda ta’ 0.5% u l-Mercury Projects Finance 2031 żdiedu b’0.55%.

L-OPEC u alleati tagħhom qed jippjana li jżidu t-tnaqqis fil-produzzjoni taż-żejt u jilħqu ftehim li jkoġpri sa Ġunju 2020 hekk kif l-Arabja Sawdija trid tibgħat messaġġ sorprendenti lis-swiueq qabel ma’ l-kumpanija stati Aramco titpoġġa fil-Borża.

Il-ftehim li qed ikun diskuss mill-OPEC u produtturi oħrajn iżid 400,000 barmil kul żejt mat-tnaqqis ta’ 1.2 miljun barmil kuljum jew 1.2% tal-provvista globali.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu llum wara statistika ferm aħjar milli msitenni dwar is-settur tal-manifattura fiċ-Ċina li naqqset il-biża’ ta’ tnaqqis fl-attività ekonomika dinjija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Barranin

Muniti Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim kummerċjali ġdid maċ-Ċina aktarx ikollu jistenna għal wara l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena d-dieħla. Din l-aħbar sorprendenti laqtet sewwa lid-dollaru Amerikan hekk kif…

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel fin-negozju f’Londra llum hekk kif naqas sentiment ta’ riskju ta’ matul il-lejl imqajjem mill-inkwiet dwar Hong Kong bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Iċ-Ċina wissiet…

Aktar