Barranin
Jinżel il-prezz taż-żejt

L-Isterlina kkalmat wara diffikultajiet fil-jum ta’qabel, hekk kif l-investituri ippruvaw li jifhmu dwar jekk abbozz ta’ liġi Ingliz biex tikseb xi partijiet tal-ftehim ta’ Brexit jista jikkawża li l-Unjoni Ewropea titlaq min-negozjati.

L-ewro żdied kontra d-dollaru aktar dgħajjef iżda ż-żidiet kienu limitati mill-possibiltà li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jillaxka aktar il-politika monetarja jekk iħoss li l-irkupru ekonomiku u l-inflazzjoni ikunu f’riskju minħabba it-tisħiħ fil-valur tal-munita. Minkejja deċiżjoni ta ebda azzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, l-ewro żdied biex jersaq lejn id-$1.19 kontra d-dollaru. Iż-żieda fil-valur waslet hekk kif il-Bank Ċentrali wera li ma għandu ebda għaġġla li jnaqqas is-saħħa tiegħu.

L-ewro żdied ukoll b’mod konsiderevoli kontra d-Dollari tal-Awstralja u tal-Kanada u kontra l-yen.

Indiċi

Id-Dow Jones tbaxxa fil-ftuħ iżda in-Nasdaq, li fih ishma tat-teknoloġija, fetaħ b’saħħtu hekk kif il-qgħad baqa’ persistentament għoli.

L-ishma fl-Ewropa tilfu bl-ishma bankarja fuq quddiem tat-tnaqqis, hekk kif l-investituri kienu qed jistennew sinjali ta’ aktar stimulu mill-Bank Ċentrali Ewropew quddiem ewro aktar b’saħħtu, għalkemm kien mistenni li ma jbiddilx il-politika monetarja tiegħu. L-aħbar eventwalment ikkonfermat l-aspettattivi ta’ ebda azzjoni mill-Bank fir-rati tal-interessi.

Wara l-adozzjoni mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti ta’ inflazzjoni medja, l-investituri huma ħerqana jkunu jafu jekk il-Bank Ċentrali Ewropew kienx ser jadotta l-istess prospetti, speċjalment wara kummenti mill-Kap Ekonomista tal-Bank, Philip Lane li s-saħħa riċenti tal-ewro “tgħodd”.

Huwa qal li l-aħħar żviluppi fiż-żona ewro u speċjalment it-titjib tad-dejta ekonomika ma jħallux aktar illaxkar għalissa, iżda ladarba il-każi tal-koronavirus qed jerħgġu jiżdiedu u n-negozjati mar-Renju Unit dwatr Brexit mhumiex sejrin tajjeb, ir-riskji qed jikbru.

Is-swieq finanzjarja fl-Asja waqqfu l-itwal perjodu ta’ tnaqqis minn Frar u żdiedu wara rkupru f’Wall Street, għalkemm negozju kajman fil-kambju, u s-swieq tal-prodotti essenzjali u l-bonds ssuġġerixxa li l-investituri baqgħu kawti dwar il-prospetti tal-futur.

L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa bi ftit.

Ishma 

Fis-settur tal-ishma lokali,il-Malta International Airport llum żdied b’0.41%.  Kien hemm ukoll negozju fl-HSBC U l-GlobalCapital iżda bl-edba bidla fil-prezz. L-ishma tal-PB tilfu nofs punt perċentwali u l-ishma tal-Bank of Valletta tilfu aktar minn 1%.

Bonds

Kien jum attiv ħafna fis-settur tal-bonds lokali, b’dawk pożittivi ferm atkar minn dawk negattivi. L-akbar movimenti kienu fil-Phoenicia Financ e bonds b’żieda ta’ aktar minn 4%.  L-iStivala Group Finance  2027 żdiedu 1.5%.  In-1923 Investments, Tum Finance 2020 u l-Hili Finance Group 2029 żdiedu 1%.  Dizz Finance 2026 tilfu 1% u l-Hili Finance 2028 tilfu kważi 4%

Il-prezzijiet taż-żejt tilfu wara dejta write li l-ħażniet ta’ żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti żdiedu l-ġimgħa li għaddiet u l-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija tal-Istati Uniti baxxiet il-prospetti tad-domanda.

L-Amministrazzjoni diġà baxxiet it-tbassir taż-żieda fid-domanda mondjali għall-2020 b’210,000 barmil kuljum għal 8,320,000 miljun barmil kuljum.

Il-metalli prezzjużi kienu sodi llum bill-fidda tmur aħjar mid-deheb.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar