Jinżel il-prezz taż-żejt wara stqarrija tal-Gvern Amerikan

Id-dollaru llum ħa pawsa hekk kif l-investituri qgħadu jsitennew il-ħruġ tal-minuti tal-laqgħa tal-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż żdied wara li l-Istati Uniti għamlu pressjoni fuq iċ-Ċina biex jevitaw dgħufija qawwija fil-munita tagħha bħala parti minn kwalunkwe ftehim kummerċjali.

Ftit kien hemm negozju bejn l-ewro u d-dollaru, maqbudin fil-firxiet riċenti, hekk kif l-investituri stennew ħjiel dwar fejn serja l-politika monetarja tal-Istati Uniti wara l-atteġjament aħrax tal-Federal Reserve.

L-Ewro, li tħabat f’dan ix-xahar hekk kif kiber it-tħassib dwar l-istat tal-ekonomija taż-żona tal-ewro, tilef 0.04% għal $1.1335.

L-Isterlina waqgħet għall-inqas rata tal-jum wara li tliet membri parlamentari irriżenjaw mill-Partit Konservattiv fil-Gvern f’daqqa oħra għall-attentati tal-Prim Ministru May biex tgħaqqad il-partit madwar il-ftehim tal-Brexit.

L-Isterlina tbaxxiet madwar 0.2% għall-inqas livell tal-jum ta’ $1.3012. l-Isterlina tilfet 0.4% matul il-jum.

Indiċi

It-taħditiet kummerċjali bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja għenu lill-ishma Ewropej jiżdiedu modestament waqt li t-theddida ta’ għaqda mblukkata bejn żewġ kumpanija baxxiet l-ishma tas-supermarket Ingliż Sainsbury.

L-indiċi DAX tal-Ġermanja, li huwa sensittiv għall-kummerċ, kellu l-akbar żieda ta’ 0.47% waqt li l-iSTOXX 50 żdied b’0.26% wara li l-President Trump qal lbieraħ li t-taħditiet maċ-Ċina sejrin tajjeb.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa llum wara li l-gvern Amerikan qal li l-produzzjoni taż-żejt shale ser tiżdied għal-livell rekord ix-xahar id-dieħel, u dan tappan irkupru li wassal għa—ogħla prezzijiet din is-sena.

Il-prezz tad-deheb illum żdied minħabba li tħassib dwar tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali wassal għal investimenti f’assi siguri li wassal għal żieda ta’ 0.19% fil-prezz tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

L-Isterlina ddgħajfet għal darb’oħra llum hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Theresa May biex tiffissa d-data għar-riżenja wara aktar inkwiet fuq l-aħħar sforz tagħha dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea….

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Aktar