Barranin
Jinżel il-prezz taż-żejt

L-ewro nqala’ mill-inqas rata f’erba’ xhur, u warrab statistika li wriet tnaqqis mhux mistenni fl-inflazzjoni taż-żona tal-ewro, waqt li bnadi oħra l-parti l-kbira tal-muniti  rkupraw xi ftit kontra d-dollaru hekk kif naqas ir-ritmu taż-żieda tal-munita Amerikana.

L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro tbaxxiet għal 1.2% minn sena għal sena f’April, meta kienet 1.3% f’Marzu, waqt li l-inflazzjoni ewlenija tbaxxiet aktar. Dan iqajjem dubbji dwar il-pjan tal-Bank Ċentrali Ewropew li jirtira l-istimulu monetarju tiegħu.

L-Isterlina naqqset iż-żieda u l-istokks laħqu l-ogħla prezzijiet wara stħarriġ wera li s-settur tas-servizzi fir-Renju Unit tħabat biex irkupra matul April minn tnaqqis matul Marzu. Dan kompla jtappan it-tamiet ta’ żieda fir-rati tal-interessi l-ġimgħa d-dieħla.

Id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan żdiedu wara t-tnaqqis tal-bierah, mgħejjun minn statistika pożittiva mill-Istati Uniti li rrifletiet l-ekonomija li tinsab fi triq stabbli ta’ tkabbir.

L-ishma Ewropej waqgħu, taħt pressjoni minn irkupru fl-ewro kontra d-dollaru f’jum ddominat minn aġġornamenti ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpaniji. Il-Borża ta’ Malta kienet kontra x-xejra għax l-indiċi tagħha żdied b’0.12% waqt li l-indiċijiet globali ewlenin kollha tilfu.

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, l-RS2 Software żdiedu bi 3% waqt li kien hemm żieda ta’ 1% fil-Plaza u l-MIDI. Tnaqqis qrib il-1% kien reġistrat fl-ishma ta’ Trident u l-MIA.

Il-bejgħ fis-sessjoni tal-bonds kien aktar f’territorju pożittiv milli negattiv. Il-MIDI u n-1923 Investmnents marru l-aħjar. F’territorju negattiv kien hemm il-Bank of Valletta u l-Mariner Finance, iżda t-telf kien minimu.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum minħabba żieda qawwija fl-inventarji tal-Istati Uniti u produzzjoni rekord Amerikana kontra t-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u l-potenzjal ta’ sanzjonijiet ġodda mill-Istati Uniti kontra l-Iran.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Aktar