Barranin
Jirkupra d-dollaru wara li kien laħaq lanqas rata

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru rkupra llum, wara li kien laħaq lanqas rata f’aktar minn ġimagħtejn hekk kif il-bankiera ċentrali tal-Istati Uniti wrew li qed iħarsu b’attenzjoni lejn l-inflazzjoni mgħejjuna minn tnaqqis kbir fil-valur tal-Isterlina. L-Isterlina tilfet tliet kwarti ta’ ċenteżmu wara li n-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Brexit qal li t-taħditiet jinsabu weqfin, u b’hekk kabbar ir-riskji politiċi għal munita li tilfet 12% mir-referendum dwar il-Brexit.

Indiċijiet

Fil-ftuħ illum, id-Dow Jones tilef 0.11%. L-FTSE 100 żdied b’0.25% minħabba sterlina dgħajfa. Id-DAX żied 0.08% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.13% fil-CAC 40.

Ishma Lokali

L-ishma lokali kienu b’mod ġenerali f’territorju pożittiv bil-MaltaPost fuq quddiem b’żieda ta’ 3.07%. L-HSBC Bank Malta u l-International Hotel Investments żdiedu bi 2.76% u 2/33% rispettivament.

Bond lokali

Il-bonds lokali llum kienu mħallta bl-International Hotel Investments 2026 (it-tieni serje) u Simonds Farsons Cisk 2027 jiżdiedu bi 2.49% u 0.97% rispettivament.

Economic indicators

L-għadd ta’ persuni li applikaw għall-għajnuna dwar il-qgħad fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet naqas aktar milli kien mistenni. Huma naqsu bi 15,000 għal 243,000. Id-Dipartiment tax-Xogħol qal li fix-xahar ta’ qabel l-għadd ta’ 258.000.

Il-prezzijiet tal-produzzjoni fl-Istati Uniti f’Settembru żdiedu bi 2.2% hekk kif il-prezz tal-petrol kellu l-akbar żieda f’sentejn fosthom minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni minħabba l-uragan li laqat lil Texas.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu hekk kif l-inventarji tal-fjuwil fl-Istati Uniti żdiedu minkejja l-isforzi tal-OPEC biex tnaqqas il-produzzjoni. L-OPEC u produtturi oħrajn inkluża r-Russja s-sena li ghaddiet qablu li jnaqqsu l-produzzjoni  b’1.8 miljun barmil kuljum biex jiżdiedu l-prezzijiet.

Il-prezz tad-deheb żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn hekk kif iddgħajjef id-dollaru qabel ma joħorġ ċ-ċifri tal-infazzjoni fl-Istati Uniti li mistennija jagħtu aktar ħjiel dwar il-politika monetarja. Aktar tard id-deheb tilef 0.08%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata fi 12-il jum kontra basket ma’ muniti ewlenin minħabba li l-inċertezza li l-President Trump ser jippreżenta r-riformi fiskali tiegħu baxxew lid-dollaru kontra…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum żdied għall-ogħla rata f’ġimgħa wara li l-istatistika kummerċjali tal-Ġermanja żdiedet aktar milli mistenni, u dan kabbar it-tamiet li l-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-ewro jibqgħu b’saħħithom. L-isterlina…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum irkupra mill-inqas livell f’sitt ġimgħat hekk kif is-swieq ikkonsolidaw il-pożizzjonijiet wara bejgħ bil-qawwi, għalkemm l-investituri saru kawti dwar il-prospetti tal-munita unika fix-xhur li ġejjin minħabba…

Aktar