Barranin
Jirkupra l-Ewro u jpatti għat-tnaqqis tal-ġimgħa li għaddiet

L-Ewro żdied b’nofs perċentwal wara li r-rapport dwar l-attività kummerċjali fi Franza matul Ġunju kien aħjar milli mistenni u dan naqqas it-tħassib li r-ritmu fiż-żona tal-Ewro kien qed jonqos. Bir-rapport dwar is-servizzi fil-Ġermanja wkoll ikun aħjar mit-tbassir, l-Ewro tela’ għal $1.1674. L-Ewro għal din il-ġimgħa wera żieda ta’ 0.5%, u b’hekk patta għat-tnaqqis tal-ġimgħa li għaddiet.

Tisħiħ fl-ishma finanzjarji u statistika ekonomika aħjar milli mistenni dwar iż-żona tal-Ewro għenet għall-irkupru fl-ishma Ewropej fi tmiem ġimgħa mqallba milquta mit-tħassib ta’ gwerra kummerċjali.

L-iSTOXX 50 wera żieda ta’ 0.72% dalgħodu, waqt li d-DAX kellu żieda ta’ 0.4%. It-tkabbir fin-negozju privat fiż-żona tal-Ewro rkupra matul Ġunju u espanda b’pass aktar mgħaġġel milli mistenni, iżda t-tkabbir fis-settur tal-manifattura l-agħar fi 18-il xahar minħabba tħassib dwar il-kummerċ. L-istatistika tjiebet miż-żona tal-Ewro u kompliet ma’ statistika tajba mill-Ġermanja u minn Franza biex tat spinta lill-indiċijiet ewlenin fl-Ewropa.

L-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC, illum resqet lejn deċiżjoni biex tkabbar il-produzzjoni taż-żejt hekk kif il-pajjiż mexxej, l-Arabja Sawdija, jidher li pperswada lir-rival kbir tiegħu l-Iran biex jikkoopera, wara li konsumaturi ewlenin wissew dwar nuqqas ta’ provvista.

L-Arabja Sawdija u r-Russja, li ma hix membru, qalu li żieda ta’ 1% fil-produzzjoni kuljum ta’ madwar 1 miljun barmil kienet proposta kważi b’kunsens bejn il-grupp u l-allejati.

L-OPEC qed tiltaqa’ fi Vjenna fosthom sejħiet mill-Istati  Uniti, iċ-Ċina u l-Indja biex ibaxxu l-prezz taż-żejt u jevitaw defiċit fiż-żejt li jolqot lill-ekonomija globali.

L-OPEC fit-teorija teħtieġ il-ftehim tal-membri kollha biex tasal għall-ftehim iżda fil-passat qablet dwar tnaqqis fil-produzzjoni mingħajr l-Iran, li kkritika l-idea li tikber il-provvista hekk kif qed jiffaċċja sanzjonijiet mill-Istati Uniti. Iż-żejt Brent żdied b’1.29% għal $74.31 kull barmil waqt li l-US Light Crude żdied b’1.45% għal $66.49 kull barmil.

Id-deheb tela’ għal $1,269.46 kull uqija waqt li kien hemm żieda ta’ 0.18% fil-prezz tal-fidda.

L-istatistika li mistennija toħroġ il-ġimgħa d-dieħla tinkludi l-Prodott Domestiku Gross tal-Istati Uniti fit-28 tax-xahar. Dakinhar ukoll ir-rata tal-qgħad fil-Ġappun.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Aktar