Barranin
Jirkupra l-prezz tad-deheb u jiżdied il-prezz tal-fidda

Muniti 

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet taħt pressjoni taħt id-$1.185-, hekk kif baqgħet is-saħħa tad-dollaru minkejja d-dħul negattiv mill-bonds tal-Gvern Amerikan. Id-dollaru għamel rkupru solidu fost irkant qawwi tal-bonds u wara l-ħruġ tal-minuti tal-Federal Reserve ta’ Lulju.

L-Itserlina tidher li qed tikkonsolida ruħha f’firxa hekk kif l-investituri stennew b’ħerqa aġġornamenti fl-aħħar sensiela ta’ taħditiet dwar il-Brexit.

L-ewro issaħħaħ kontra d-dollari tal-Awstralja u tal-Kanada b’0.36% u 0.01% rispettivament. Sadattant l-ewro tilef 0.25% kotnra l-Yen u 0.54% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Tbassir imċajpar mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti llum ħalla effett ħazin fuq l-ishma fl-Ewropa, l-Istati Uniti u fl-Asja. Il-minuti tal-laqgħa ta’ Lulju kienu ippublikati l-bieraħ. Huma juru li bosta diretturi tal-bank ċentrali Amerikan saħqu dwar l-inċertezza li kibret dwar l-prospetti ekonomiċi għall-Istati Uniti. Il-Membri tal-Federal Open Market Committee ivvutaw sabiex iżommu r-rati tal-interessi qrib iż-żero.

Shares

L-ishma lokali llum kienu pożittivi. Il-Malta International Airport,  il-Bank of Valletta, l-International Hotel Investments, il-MIDI u t-Tigne Mall kollha żdiedu b’aktar minn 0.80% bil-MIDI u t-Tigne Mall jiżdiedu l-aktar, bi 11.52% u 17.14% rispettivament. Min-naħal-oħra, l-HSBC Bank Malta tilfu 2.35% u l-RS2 Software ma kellhom ebda moviment.

Bonds

Fis-suq tal-bonds lokali il-Premier Capital 2026 avvanzaw 0.40%, il-Hili Properties 2025 b’0.50% u Simonds Farsons Cisk  2027 bi 2.79%. Sadattant. L-International Hotel Investments 2021, il-Corinthia Finance 2026, il-Bortex Group Finance 2027 u l-International Hotel Investments 2026 għalqu f’territorju negattiv.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa mill-livelli għola f’ħames xhur bil-Federal Reserve u l-OPEC u l-alleati jidhru kawti dwar l-iskupru fid-domanda hekk kif bosta pajjiżi qed jitħabtu biex jikkontrollaw il-koronavirus. Il-Brent tbaxxa b’0.95% għall-$44.95 u l-United States West Texas Intermediate tbaxxa b’0.89% għal $42.55 kull barmil.

Sadattant, il-prezz tad-deheb irkupra iżda baqa taħt l-$2,000 kull uqija waqt li kien hemm żieda ta’ 0.97% fil-prezz tal-fidda għal $26.97 l-uqija.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar