Jirkupra l-prezz tad-deheb wara li nqatel il-Kmandant Iranjan

Il-yen Ġappuniż illum kien fuq quddiem il-muniti  meqjusa sikuri fiż-żieda li kellhom illum wara li l-attakki Amerikani fuq Bagdad qatlu uffiċjali militari Iranjan, u dan żied it-tensjoni fil-Lvant Nofsani u żied il-prezz taż-żejt.

Il-bonds tat-Teżor Amerikan u l-prezz tad-deheb irkupraw wara li kelliem militari Iraqin qal lil Reuters li l-Kmandant Iranjan il-Maġġur Ġenerali Qassam Soleimani nqatel fl-attakk. Id-Dipartiment tad-Difiża Amerikan  ikkonferma l-attakk u qal li Soleimani kien attivament qed jiżviluppaw pjani sabiex jattakka Amerikani fl-Iraq u fil-Lvant Nofsani.

Id-dollaru tilef 0.4% għal 108.14 yen wara l-aħbar, u laħaq l-iqas livell minn Novembru. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata fi tliet ġimgħat għal 120.63 yen.

Il-yen jiġi użat bħala munita sikura matul żmenijiet ta’ tensjonijiet globali l a darba l-Ġappun għandu l-istatus tal-akbar nazzjon li jsellef.

Id-dollaru sab sostenn matul il-lejl wara li aħbarijiet ekonomiċi ħżiena mill-Ewropa u mir-Renju Unit kellhom effett ħażin fuq l-Isterlina u l-ewro. Diversi stħarriġiet wrew li l-produzzjoni mill-manifattura fir-Renju Unit tbaxxiet matul Diċembru bl-akbar rata mill-2012, waqt li s-settur tal-manifattura Ġermaniż baqa’ sewwa f’sitwazzjoni ta’ tnaqqis.

L-Isterlina ma kellha ebda moviment u baqgħet tiswa $1.3135 wara li tbaxxiet minn $1.3266 tal-bierah.L-ewro kien jiswa $1.1171 wara li tbaxxa minn $1.1249.

L-ishma fl-Ewropa illum tbaxxew minn qrib l-ogħla livell rekord hekk kif żdiedu t-tensjonijiet ġeopolitiċi. L-iSTOXX 600 tilef 0.6% kmieni dalgħodu, bl-indiċijiet maġġuri kollha f’territorju negattiv.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent żdiedu bi kważi $3 llum għall-ogħla prezz inn Settembru wara l-attakk Amerikan li qatel kmandant Iranjan u li wassal għal tħassib li t-tensjonijiet li qed jiżdiedu fil-Lvant Nofsani jistgħu jfixklu l-provvisti taż-żejt.

Il-Brent, li huwa meqjus bħala r-referenza internazzjonali, laħaq l-ogħla prezz tal-jum ta’ $69.16 kull barmil, l-ogħla mis-17 ta’ Settembru. Il-United States West Texas Intermediate  żdiedu b’$1.68 jew 2.8% għal $62.86 wara li kien tela għal $63.84. l-ogħla mill-1 ta’ Mejju.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu wkoll mgħejuna mill-bank ċentrali taċ-Ċina li nhar l-Erbgħa ħabbar li kien ser jaqta l-ammont ta’ flus kontanti li l-banek għandhom iżommu fir-riżerva  u b’hekk tefa’ madwar 800 biljun yuan, jew $115 biljun, biex iqajjem l-ekonomija. Dan seħħ ftit wara li l-istatistika write li l-produzzjoni fiċ-Ċina kompliet tikber b’pass solidu u kibret il-fiduċja tan-negozju.

Minħabba t-tensjoni kkawżata mill-attakki fil-Lvant Nofsani, il-prezzijiet tad-deheb żdiedu b’1% għall-ogħla livell f’erba xhur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar