Jirkupra l-prezz tad-deheb wara xhur sħaħ ta’ tnaqqis

L-ewro qed ikun nnegozjat qrib id-$1.20 u b’hekk estenda t-telf tiegħu. Id-dollaru Amerikan qed jibbenefika minn sentiment kontra r-riskju u dħul akbar mill-bonds Amerikani. L-inflazzjoni ewlenija fiż-żona ewro kienet 0.9% annwalment matul Frar, kif mistenni u livell baxx b’mod ġenerali.

L-Isterlina tinsab taħt pressjoni għal taħt od-$1.39 hekk kif id-dollaru qed jissaħħaħ. Qed tikber l-ispekulazzjoni qabel id-diskors tal-baġit fir-Renju Unit għada li mistenni jinkludi żieda fit-taxxi.

Indiċi

Ġimagħtejn biss wara li laħaq il-livell ta 3,948 fis-16 ta Frar, l-S & P 400 tbaxxa 3.5%. Għal x’uħud dan jidher li huwa tnaqqis moderat li jista’ jkun ġej minn opportunità ta’ xiri, iżda strateġisti fil-bank Morgan Stanley ma jemmnux li dan huwa l-każ bħalissa.

Analisti fil-bank ta’ investiment JP Morgan ibassru li l-ishma ser iżommu sod quddiem aktar żidiet fid-dħul mill-bonds ta’ gvernijiet madwar id-dinja. Skont l-analisti, id-dħul mistenni li jkompli javvanza. L-ishma kienu taħt pressjoni l-ġimgħa li għaddiet hekk kif il-ħeffa tal-irkupru fid-dħul nominali, reali jew aġġustat skont l-inflazzjoni laqtet lill-investituri b’sorpriża. L-0-indiċi lokali naqas b’0.08%.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali,dan kien xi ftit negattiv. Il-Lifestar ippruvaw iżommu l-bilanċ,Il-GO u l-MIDI żdiedu 1.85% u 1.43% rispettivament. L-HSBC, l-RS2 Software u l-Malta Property Company tilfu bejn 1.16% u 1.85%

Bonds

Bħall-ishma, il-bonds kienu l-aktar f’territorju negasttiv. Il-GAP Group żdiedu bi 3%. Il-Von der Heyden Group avvanzaw 1% higher. F’territorju negattiv kien hemm lnternational Hotel Investments, l-SD u l- Pendergardens li tilfu qrib iżda anqas minn 1%. Il-Bortex u l-Mercury Projects kellu telf ta’ aktar minn 1% iżda anqas minn 2%.

Il-prezz taż-żejt mhux maħdum għalqu t-tieni jum f’territorju negattiv ilbierah bil-West Texas Intermediate jitlef kważi 5%. Għalkemm dan estenda t-tnaqqis u laħaq l-inqas livell ta’ $59.43 kmieni fil-jum, għamel irkupru tekniku u żdied b’0.43% għal $60.04.

Id-deheb kellu rkupru wara xhur sħaħ ta’ tnaqqis fost sentiment baxx ta’ riskju. L-irkupru jista’ jitqies bħala opportunità għall-investituri moderati.