Barranin
Jirkupraw l-ishma fl-isfond tal-progress irrapportat dwar l-iżvilupp ta’ vaċċin kontra l-Covid-19

Muniti 

Is-sentiment ta’ riskju deher fis-swieq finanzjarji llum, hekk kif progress lejn is-sejba ta’ vaċċin kontra l-Covid-19 għen lill-ishma jirkupraw u l-muniti bbażati fuq prodotti essenzjali jissaħħu, waqt li d-dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’xahar.

L-indiċi tad-dollaru tbaxxa taħt is-96 għall-ewwel darba minn Ġunju, għall-inqas livell ta’ 95.866 dalgħodu. Id-dollaru ta’ New Zealand u tal-Awstralja li huma aktar riskjużi żdiedu b’madwar 0.5% kontra d-dollaru Amerikan.

L-ewro estenda ż-żidiet ta’ matul il-lejl għall-ogħla livell f’erba’xhur ta’ $1.1449 kontra d-dollaru Amerikan, qrib l-ogħla rata ta’ $1.1495 kmieni f’Marzu. Il-munita unika kienet mgħejjuna minn taħlita ta’ dgħufija tad-dollaru u tamiet li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ser jilħqu ftehim dwar il-fond ta’ irkupru mill-coronavirus matul is-summit nhar il-Ġimgħa u s-Sibt.

Il-Kanċellier Ġermaniż, Angela Merkel qalet f’konferenza tal-aħbarijiet mal-Prim Minsitru Spanjol, Pedro Sanchez li l-Ġermanja ser timbotta għal kompromess. L-Uffiċju tal-Presidenza Franċiża qal li Franza temmen li huwa possibli li jinstab ftehim dwar il-pjan ta’ rkupru u l-baġit.

L-Isterlina żdiedet kontra dollaru aktar dgħajjef u titjib fis-sentiment ta’ riskju u żdiedet ukoll kontra l-ewro.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw illum minn telf fis-sessjoni ta’ qabel wara rapporti ta’ progress fl-iżvilupp ta’ vaċċin kontra l-Covid-19, iżda għadd ta’ rapporti finanzjarji differenti minn kumpaniji  llimtaw iż-żidiet.

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street fethim b’żieda tajba wara li Goldman Sachs ħabbar profitt qawwi għat-tliet xhjur, waqt li data promettenti bikrija dwar vaċċin kontra l-koronavirus saħħet it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku.

Shares

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta kien fuq quddiem fit-telf bi 2.00%. L-International Hotel Investments tbaxxew b’ 1.75%, il-MIDI tilfu 1.55%, il-PG b’0.51% u l-BMIT Technologies b’0.41%.

Fin-naħa pożittiva kien hemm il-GO li għalqu bil-prezz ta’ €3.42 wara żieda ta’ 0.59% u l-Malta Properties Company żdiedu bi 3.57%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-AX Group 2026 tbaxxew b’1.96%, l-SD Finance  2027 tilfu 1.95%, il-Bank of Valletta 2030 b’1.48% u l-MIDI  2026 b’0.98%.

Il- Corinthia Finance  2026 għalqu pożittivament b’0.50%, il-Premier Capital 2026 żdiedu b’1.24% u d-Dizz Finance  2026 żdiedu b’1.72%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu wara tnaqqis qawwi fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti. F’sinjal ta titjib fid-domanda minkejja il-pandemija, il-ħażniet tbaxxew bi 8.3 miljun barmil fil-ġimgħa li għalqet fil-10 ta’ Lulju, kontra l-aspettattiva tal-analisti ta’ tnaqqis ta’ 2.1 miljun barmil.

Il-prezzjiet tad-deheb tbaxxew mill-ogħla prezz f’ġimgħa milħuq kmieni fis-sessjoni hekk kif assi oħrajn żdiedu iżda baqa fuq il-livell ewlieni ta’ $1,800 minħabba t-tensjoni dejjem tiżdied bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-koronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Barranin

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru Amerikan waqa’ għall-inqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Federal Reserve biex jillaxka l-politika monetarja…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied mill-anqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif naqset il-pressjoni ta’ bejgħ qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve u hekk kif it-tilwim politiku dwar il-pakkett ta’ rkupru li jmiss fl-Istati uniti…

Aktar