Barranin
Jirritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja

Muniti

Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher li ser issaħħaħ lill-ishma qabel il-ħruġ tad-data ekonomika.

Id-dollaru wera żieda ta’ 0.3% kontra l-Yen għal 112.13 Yen hekk kif avvanzaw id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan. L-investituri qed jistennew ukoll ir-rapport ta’ nofs is-sena dwar il-kambju barrani mit-Teżor Amerikan.

Il-Yen kien il-munita li marret l-agħar illum fost dawk tal-G-10. L-Isterlina wriet żieda ta’ 0.6% kontra d-dollaru  qrib l-ogħla tas-sessjoni li kien $1.3231 wara statistika wriet li d-dħul medju fir-Renju Unit esklużi l-bonuses kiber bl-akbar pass fi kważi 10 snin.

Indiċi

L-ishma Ewropew irkupraw wara t-tħarbita tal-ġimgħa li għaddiet hekk kif il-parti l-kbira tas-setturi rkupraw u l-investituri tefgħu l-attenzjoni tagħhom lejn il-bidu tal-ħruġ tar-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji.

L-iSTOXX Europe 600 żied 1.1%, l-ikbar avvanz tal-ġurnata mill-24 ta’ Luilju. L-ishma tal-kumpaniji tal-midja, inklużi l-Publicis Groupe u d-WPP Plc żdiedu wara li Omnicorn Group Inc. irraportat profitt għat-tielet kwart li kien aħjar minn dak stmat mill-analisti. Fl-istess ħin, il-British Amereican Tobacco Inc. tilfet sa 1.9% wara twissija li d-dħul mill-alternattivi ta’ tipjip ser ikun inqas mit-tbassir din is-sena.

Mark Haefele tal-UBS Weather Managemetn qal li l-ishma huma “volatili iżda mhux vulnerabbli.”

L-Ishma Ewropej qed jirkupraw mill-bejgħ qawwi tal-ġimgħa li għaddiet, li baxxa l-indiċi għall-inqas livell minn Diċembru 2016 hekk kif żidiet fid-dħul mill-bonds biegħedu l-investituri mill-ishma. It-tkabbir fid-dħul stmat din is-sena għar-reġjun huwa ekwivalenti għal kwart dak Amerikan – diskrepanza li laqtet ħażin lill-ishma Ewropej.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma llum kien attiv ħafna. L-ishma kienu b’mod ġenerali pożittivi b’sehem biss jitlef li kien il-Malita Investments. Fuq in-naħa pożittiva, dawk li żdiedu fil-prezz kienu l-Bank of Valletta u l-Malta Properties li t-tnejn żdiedu bi 2%. L-ishma fil-MIDI, HSBC u Simonds Farsons Cisk kienu kollha pożittivi iżda ż-żieda kienet aktar konservattiva.

Bonds

Anke s-settur tal-bonds lokali kien attiv ħafna llum b’bosta bonds ikunu nnegozjati. Il-Medserv, Stivala u Tumas kollha żdiedu bejn is-0.5% u ż-0.75%. F’territorju negattiv kien hemm AX Investments, Mediterranean Investments Holdings u s-6PM Holding b’tal-aħħar jitilfu 0.39%.

Fin-naħa negattiv, iż-żejt, kemm il-Brent kif ukoll iż-żejt mhux maħdum, tilfu 0.17% u 0.32% rispettivament. Il-prezz taż-żejt irtira qabel ma joħroġ l-inventarju ta’ kull ġimgħa taż-żejt mill-Istati Uniti anke jekk l-għibien ta’ kritiku tar-reġim tal-Arabja Sawdija hedded li joħloq kriżi diplomatika.

Id-deheb u l-fidda tilfu xi ftit; madankollu l-fidda tilfet 0.27% bid-deheb inaqqas b’perċentwal żgħir.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Matul is-sessjoni tal-bieraħ, il-munita unika Ewropea kienet qed tiġi negozjata f’$1.1448. Madankollu, l-Ewro tilef 0.17%. Fl-Istati Uniti, il-fokus huwa fuq l-istatistika tal-kostruzzjoni. Il-permessi tal-bini mistennija li jitjiebu sa 1.26 miljun…

Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Aktar