X

Jisfuma ċ-ċans li l-Ewro tirkupra

L-irkupru tal-Ewro sfuma hekk kif tnaqqis qawwi fis-sentiment tal-investitur għar-riskju baxxa lill-munita unika. Dan warrab is-sentiment pożittiv riċenti lejn id-dejn tal-Gvern Taljan qabel laqgħa tal-bank ċentrali din il-ġimgħa.

Ċaċliq usa’ fis-swieq tal-kambju kienu limitati, bl-investituri anzjużi dwar l-iżviluppi li jmiss fit-tilwima kummerċjali li qed tkompli bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti.

L-Isterlina kellha moviment qawwi u rkuprat għall-ogħla livell f’ħames ġimgħat ta’ aktar minn $1.30 wara li n-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea wera prospetti xi ftit imtejba għall-ftehim dwar il-Brexit.

L-Ewro kien sostnut minn waqgħa fl-ispejjeż tas-self tal-Gvern Taljan wara li l-Ministru tal-Ekonomija Giovanni Tria lbieraħ bassar li d-dħul mis-self għandu jitbaxxa hekk kif il-gvern iħabbar il-baġit għall-2019.

Il-munita unika inizjalment żdiedet b’0.4% u kompliet fuq iż-żieda tat-Tnejn qabel tilfet dawn iż-żidiet biex tbaxxiet 0.05% għal $1.1586. L-Ewro żdied kontra l-Isterlina b’0.01%; b’0.12% kontra d-Dollaru Awstraljan; u b’0.11% kontra l-Yen. L-Ewro tilef 0.11% kontra d-Dollaru Kanadiż i 0.20% kontra l-FranK Żvizzeru.

Indiċi

Irkupru fl-ishma Ewropej waqaf hekk kif l-inċertezza dwar it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina  żammet lill-investituri fuq ix-xwiek.

Il-FTSE 100 tilef 0.64%; l-iSTOXX 50 0.59%; id-DAX 0.73% u l-CAC 40 0.39%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.21% aktar baxx waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.094% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma, il-GO, Bank of Valletta u l-Malta International Airport żdiedu b’aktar minn 0.80% bil-GO juri l-akbar żieda ta’ 1.16% għal €3.48.

Il-Malta Properties Company u l-RS2 Software ma kellhom ebda ċaqliq bil-FIMBank u Simonds Farsons Cisk jitilfu aktar minn 2.00%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Bortex Group Finance 2027, l-International Hotel Investments 2026, l- Exalco Finance 2028 u s-Central Business Centres 2021 żdiedu b’1.42%, 0.91%, 0.71% u 0.17% rispettivament.

Stivala Finance 2027, Hili Finance Company 2028 u Bank of Valletta 2020 tilfu aktar minn 1.00%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu hekk kif s-sanzjonijiet Amerikani għafsu l-esportazzjoni taż-żejt mill-Iran, naqqsu l-provvista globali minkejja sforzi mill-Istati Uniti biex produtturi oħrajn jżidu l-produzzjoni.

Iż-żejt Brent żied 0.89% għal $77.99 u l-U.S. Light Crude żdied b’0.37% għal $67.79.

Id-deheb tbaxxa b’0.14% għal $1194.61 u l-fidda tilfet 0.63% għal $14.12.

av :