Barranin
Jisplodi l-prezz tad-deheb bit-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Iran

Muniti

L-Ewro laħaq l-ogħla rata fi tliet xhur ta’ $1.1412, wara li kien żdied 2% mill-inqas rata f’ġimagħtejn ta’ $1.1181 ġimgħa ilu. L-aħħar li kien jiswa kien $1.1382.

Id-dgħufija tad-Dollaru ppermettiet lill-Isterlina li għal ftit ħin żdiedet għall-ogħla livell f’xahar għalkemm ir-riskju ta’ Brexit bla ftehim żamm lill-Isterlina f’firxa dejqa ta’ negozju.

L-Isterlina kienet sostnuta sa ċertu punt mil-laqgħa tal-Bank of England tal-ġimgħa li għaddiet li deher aggressiv aktar minn banek ċentrali oħra; id-Dollaru tbaxxiet għall-inqas rata fi tliet xhur mal-Ewro u l-inqas f’ħames xhur kontra l-Yen wara li l-Federal Reserve inkoraġġixxa l-aspettattivi ta’ tnaqqis fir-rati matul Lulju.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum tbaxxew hekk kif investituri baqgħu ‘l bogħod minn assi aktar riskjużi quddiem mewġa ġdida ta’ sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran u dubbji dwar kemm l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser jagħmlu progress kummerċjali matul is-summit tal-G20.

Il-President Trump ilbieraħ irritalja kontra l-mexxej Iranjan Ayatollah Ali Khamendi u uffiċjali oħra b’sanzjonijiet u Teheran qal li s-sanzjonijiet imposti fuq l-ogħla uffiċjali tiegħu għalqu b’mod permanenti t-triq lejn id-diplomazija bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fl-Istati Uniti, l-ishma fetħu bla ebda movement, hekk kif it-tensjoni li qed tikber fil-Lvant Nofsani u sinjali li t-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jistgħu jiġġeneraw xi progress żammew lill-investituri mal-ġenb qabel għadd ta’ diskorsi minn uffiċjali tal-Federal Reserve matul il-jum. Id-Dow Jones żdied b’0.9%.

Ishma

Fl-ishma lokali, it-Trident Estates żdiedu bi 2.83% segwiti mill-Medserv b’0.88% u l-RS2 Software b’0.68%. Il-BMIT Technologies tbaxxew b’1.58% u l-Bank of Valletta b’1.65%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Gasan Finance 2019/21 tbaxxew bi 2.43%, l-International Hotel Investments 2026 bi 2.36%,il-Hili Finance Company 2028 b‘1.06% u l-Mercury Projects 2027 b’0.25%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-MIDI 2026 b’1.63%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’0.99%, il-Hal Mann Vella Group 2024 u t-Tumas Investments 2027 Żdiedu 0.95% u 0.96% rispettivament.

Ir-Russja saret l-akbar fornitur taż-żejt mhux maħdum liċ-Ċina matul Mejju sostnuta minn domanda qawwija mir-raffineriji privati u minħabba waqgħa fil-provvisti mill-Iran. L-importazzjoni mir-Russja kienet 6.36 miljun tunnellata f’Mejju jew 1.50 miljun barmil kuljum. Dan skont statistika tal-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana.

L-ansjetà kummerċjali u t-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u l-Iran wasslu biex il-prezz tad-deheb jitla’ għall-ogħla livell f’sitt snin hekk kif l-investituri daru lejn assi siguri, il-Yen u l-Frank Żvizzeru bi skapitu tad-dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar