Barranin
Jissaħħaħ id-Dollaru mentri jidgħajjef l-Ewro

Muniti

Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi fil-ġejjieni dwar il-politika monetarja tal-Istati Uniti, in-negozjaturi raw li l-kummenti tiegħu fissru li l-awtoritajiet kienu komdi bid-Dollaru qrib żieda ta’ 6% kontra r-rivali tiegħu f’dawn l-aħħar tliet xhur.

Fid-diskors li ta fil-kungress nhar it-Tlieta, Powell qal li jemmen li l-Istati Uniti kienu fit-triq it-tajba għal snin ta’ aktar tkabbir hekk kif ma tax wisq piż lir-riskji li l-ekonomija tal-Istati Uniti tħabbat wiċċha ma’ kunflitt fin-negozju li donnu qed jeskala.

L-Ewro ra tnaqqis kontra d-Dollaru ta’ 0.32% għal 1.1622. Barra minn hekk, il-munita unika telgħet b’0.26% kontra l-Isterlina. Sadanittant, l-Ewro niżel b’0.46% kontra l-Frank Żvizzeru għal 1.1607 u 0.45 kontra l-Yen għal 131.02.

Indiċi

L-ishma Ewropej laħqu l-ogħla livell f’dan l-aħħar xahar appoġġjati minn dgħufija tal-muniti u negozjati fl-istokks teknoloġiċi wara rapporti pożittivi dwar qligħ.

L-indiċi FTSE 100, DAX, STOXX 50 u CAC40 kienu kollha f’territorju pożittiv bid-DAX jitla’ l-aktar bi kważi 0.58 %.

Il-Medja Industrijali Dow Jones fetaħ b’0.08 ogħla għal 25,141.000.
L-Indiċi tal-MSE niżel b’0.095 fil-mija u għalaq għal 8,661.217.

Ishma

Illum kienet ġurnata kwieta għall-ishma b’dawk tal-Bank of Valletta plc biss jitilgħu b’0.57%, u għalqu fil-livell ta’ 1.76 u Malta International Airport plc jinżlu b’0.99% meta għalqu fil-livell ta’ 5.00.

Bonds

5.00% Dizz Finance 2026, 5.10% 6PM Holdings 2025, 3.50% Bank of Valletta 2030 (Series 2) telgħu b’0.29, 0.04 u 0.01% rispettivament. Sadanittant, 4.00% Stivala Group Finance 2027, 4.50% Hili Properties 2025, 3.75% Bortex Group Finance 2027 u 5.35% Bank of Valletta 2019 niżlu b’aktar minn 0.40%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt Brent tela’ b’0.15% għal $71.69 kull barmil u ż-żejt tal-Istati Uniti niżel b’0.71% għal $67.60 kull barmil.

Fil-frattemp, id-deheb niżel b’0.25 % għal $1224.78 kull uqija u l-fidda niżel b’1.28% għal $15.44 kull uqija.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro, li waqa’ għall-inqas rata fi 13-il xahar kmieni l-ġimgħa li għaddiet fost tħassib li l-kriżi Torka tolqot ħażin lill-banek Ewropej, żdied illum. Id-Dollaru tbaxxa llum wara li l-President Donald…

Barranin

L-Ewro tbaxxa llum hekk kif id-dollaru ssaħħaħ qabel it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li huma mistennija din il-ġimgħa. L-investituri jittamaw li dawn inaqqsu t-tensjonijiet bejn l-akbar żewġ ekonomiji…

Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Aktar