Barranin
Jissaħħaħ il-prezz tad-deheb u jidgħajjef il-prezz taż-żejt

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum żdied b’terz ta’punt perċentwali minħabba stennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm il-politika monetarja preżenti f’laqgħa din il-ġimgħa u ma jagħtix ħjiel li ser jnaqqasha.

L-Isterlina issodat f’madwar $1.39 bl-investituri kawti dwar li jgħollu aktar il-valur wara ħames ġimgħat konsekuttivi kontra d-dollaru – l-itwal perjodu ta’ żidiet għall-Isterlina mill-2014.

Id-Dollaru Awstraljan żamm taħt il-livelli għolja riċenti hekk kif d-Dollaru Amerikan intlaqat mill-inċertezza dwar l-għeluq tad-dipartiment tal-Gvern Amerikan.

Id-Dollaru Kanadiż tbaxxa kontra dak Amerikan hekk kif prezzijiet inqas ta’ żejt ibbilanċjaw l-istatistika tajba li wriet l-akbar żieda fil-bejgħ mill-fabbriki f’sentejn u nofs, waqt lil-investituri qed iħejju ruħhom għal sensiela oħra ta’ taħditiet dwar il-Ftehim ta Kummerċ Ħieles tal-Amerika ta’ Fuq, in-NAFTA.

Iċ-Chairman tal-Bank Nazzjonali Żvizzeru, Thomas Jordan, qal li l-frank Żvizzeru għadu ipprezzat għoli anke jekk iċ-Ċerman tal-UBS, Axel Weber, qal li l-munita hija biss ftit ogħla minn dak li huwa meħtieġ.

Indiċijiet

L-ishma Ewropa kienu negozjati bi ftit li xejn direzzjoni hek kif is-swieq iffokaw l-attenzjoni fuq l-għaqda jew xiri ta’ kumpaniji b’impatt limitat mill-għeluq tad-dipartimenti Amerikan u l-progress lejn tmiem il-problema politika fil-Ġermanja. Il-FTSE 100 kien qed jiżdied b’0.03% biss kmieni wara nofsinhar waqt li l-iSTOXX 50 kellu żieda ta’ 0.32%. Id-Dow Jones fetaħ kemmxejn negattiv. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali fil-Borża ta’ Malta iċ-ċaqliq kien qed f’territorju negattiv. Il-PG, Simonds Farsons Cisk, il-Malita Investments u GO kollha żdiedu b’aktar minn 0.5% iżda inqas minn 0.75%. L-RS2 Software u l-Malta International Airport tilfu 2.05% u 4.08% rispettivament.

Bonds Lokali

L-istess ġara fis-sessjoni tal-bonds lookali. Il-bonds tal-Bank of Valletta u tal-Pendergardens Developments żdiedu bejn 2% u 0.7% waqt li l-1923 Investments u l-Hili Properties tilfu kważi 1%, il-Mediterranean Investments Holdings naqsu qrib il-1.5% u l-International Hotel Investments 2023 tilfu aktar minn 3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tilef taħt pressjoni mill-produzzjoni Libjana li qed tiżdied u tħassib li l-irkupru li wasssal il-prezzijiet għall-ogħla livell minn Diċembru 2014 jintemmu.

Il-prezz tad-deheb issoda llum, hekk kif d-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata fi tliet snin wara l-għeluq tad-dipartimenti tal-Gvern, għalkemm fatturi oħra illimitaw  iż-żieda tal-prezz.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-irkupru tad-Dollaru llum waqaf hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor tbaxxa wara żieda qawwija fil-munita minħabba t-tnaqqis tat-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-Isterlina ssaħħet kontra l-Ewro ġeneralment aktar b’saħħtu…

Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Aktar