Barranin
Jissoda l-prezz tad-deheb fl-isfond ta’ roħs fil-prezz taż-żejt

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina tbaxxiet taħt €1.26 għall-ewwel darba f’aktar minn xahrejn, u kabbret it-telf għal din il-ġimgħa wara sinjali li l-Prim Ministru Theresa May għadha qed titħabat biex tikseb l-appoġġ li għandha bżonn għall-gvern fil-Parlament. L-isterlina żdiedet aktar tard wara li membru tal-Bank of England qal li huwa jistenna li jappoġġa żieda fir-rata tal-interessi aktar tard din is-sena waqt li muniti marbuta ma’ prodotti essenzjali bħad-dollaru Kanadiż u l-krona Norveġiża ħadu daqqa minħabba tnaqqis fil-prezz taż-żejt. Id-dollaru Awstraljan tilef għat-tielet sessjoni infila għall-inqas rata f’ġimgħa minħabba il-waqgħa tal-prezz taż-żejt waqt li d-dollaru ta’ New Zealand iddgħajjef wara irkant diżappuntanti tal-merħliet tal-baqar.

Indiċijiet

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-istokks tal-Istati Uniti kienu aktar baxxi hekk kif l-prezzijiet taż-żejt kienu qrib l-inqas f’seba’ xhur u kienu resqin li l-akbar waqgħa fl-ewwel sitt xhur ta’ xi sena mill-1997. L-investituri huma mħassba wkoll dwar il-pass ta’ żidiet futuri tar-rati tal-interessi bil-ġlieda bejn l-inflazzjoni u l-futur tal-istabbilità finanzjarja fost il-membri tal-bord tal-Federal Reserve.

L-istokks Ewropej komplew bix-xejra negattiva bħal dawk Amerikani. Il-FTSE 100 u d-DAX kienu qed jitilfu madwar 0.5% kmieni wara nofsinhar bil-bqija tal-indiċijiet Ewropej u tal-Ġappun b’madwar 0.35% telf. L-indiċi lokali għalaq b’moviment neġliġibbli ‘l isfel.

Ishma Lokali

Is-sessjoni tal-ishma lokali llum kienet imħallta bil-Grand Harbour Marina fuq quddiem taż-żieda bi 3%, segwita mill-PG u l-RS2 Software. Fin-naħa negattiva kien hemm il-FIMBank, il-Mapfre Middlesea, il-MIDI u l-Plaza b’dawn tal-aħħar jinżlu għall-inqas prezz din is-sena.

Bonds

L-aktar ċaqliq sinifikanti mill-bonds kienu mill-Grand Harbour Marina 2020 li żdiedu qrib it-2%. Il-Mediterranean Investment Holdings għalqu pożittivament waqt li l-bonds l-oħra kellhom telf żgħir.

Indikaturi Ekonomiċi

L-iżbilanċ tal-baġit fir-Renju unit naqas matul ix-xahar li għadda, mgħejjun minn irkupru mill-VAT, u dan ta lill-Ministru tal-Finanzi Philip Hammond xi ftit tan-nifs qabel iż-żieda mistennija fis-self tard din is-sena.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt stabilizza ruħu u kiseb lura xi telf li kellu qabel, iżda riesaq lejn l-akbar tnaqqis fl-ewwel sitt xhur ta’ xi sena matul l-aħħar 20 sena, hekk kif l-investituri mhumiex jaċċettaw li hemm evidenza ta’ konformità qawwija mill-produtturi ewlenin biex inaqqsu l-provvista mondjali.

Il-prezz tad-deheb issoda wara li kien waqa’ għall-inqas livell f’ħames ġimgħat fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif waqgħa fil-prezzijiet taż-żejt ġibdet magħha l’isfel is-swieq finanzjarji u d-dollaru Amerikan iddgħajjef u allura d-deheb sar irħas għal dawk li kellhom muniti oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Aktar