Jissoda l-prezz tad-deheb wara li l-President Trump bassar ftehim maċ-Ċina

L-ewro kien qed jiġi nnegozjat għal $1.1103. L-indiċi tad-dollaru, li jqis il-munita kontra sitt muniti oħra, tbaxxa b’0.2%. L-Isterlina żdiedet 0.4% għal $1.2268 kontra d-dollaru u b’0.62% kontra l-ewro għal 90.51 pence. Dan hekk kif il-mexxej tal-oppożizzjoni Laburista Jeremy Corbyn qal li huwa ser jagħmel dak kollu possibbli biex ma jħallix li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropa bla ftehim fil-31 ta’ Ottubru.

L-Isterlina żdiedet illum wara li l-partiti tal-oppożizzjoni qablu li jippruvaw ma jħallux li r-Renju Unit joħroġ bla ftehim u dan inkoraġġixxa lill-investituri biex jixtru l-isterlina għalkemm xorta waħda bosta għadhom jibżgħu li l-pajjiż ser jkollu ħruġ diżordinat mill-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ingliż ser jiftaħ il-ġimgħa d-dieħla mill-btajjel tas-sdajf u qed iħejji battalja mal-Prim Ministru Boris Johnson li jrid joħroġ lill-pajjiż mill-Unjoni Ewropew bi ftehim jew mingħajru fil-31 ta’ Ottubru.

Indiċi

L-ishma fuq il-borża ta Londra ġibdu l-isfel lill-ishma Ewropej fin-negozju bikri llum iżda sinjali ta’ tnaqqis fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina illimitaw it-telf. Il-President Trump bassar ftehim maċ-Ċina wara sinjali pożittivi minn Beijing u dan ikkalma s-sentiment wara tħarbita fis-swieq finanzjarja il-ġimgħa li għaddiet.

Il-FTSE 100 żdied 0.11% hekk kif l-investituri irritornaw wara l-btala tal-bieraħ u l-iSTOXX 600 żdied 0.83%.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla għax l-investituri qed ikomplu jittamaw f’riżoluzzjoni tat-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina minkejja sinjali mħallta miż-żewġ nħat.

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdied 2.75%; il-GO tilfu 0.45% segwiti minn Malita Investments bi tnaqqis ta’ 0.58%.  Simonds Farsons Cisk kellhom l-akbar żieda llum ta’ 3%.  Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis kien ta’ 3.03% fil-MIDI. Il-Malta International Airport u t-Tigne Mall ma kellhom ebda bidla.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2020 żdiedu b’0.90%; il-Gasan Finance 2019/21 bi 2%. L-AX Investments 2024 naqsu b’1.45%. Is-6PM Holdings avvanzaw b’0.49% waqt li kien hemm żieda ta’ 1.45% fil-Premier Capital 2026. Il-Virtu Ferries 2027 tilfu 0.48% waqt li kien hemm żieda ta’ 1% fil-Bank of Valletta 2030(l-ewwel serje).

Il-prezzijeit taż-żejt żdiedu llum wara kummenti pożittivi miċ-Ċina li kkalmaw it-tħassib imqajjem mid-diskors ta’ qabel.

Il-prezzijiet tad-deheb kienu sodi llum wara li rtiraw mill-ogħla livell f’sitt snin fis-sessjoni ta’ qabel, hekk kif Trump bassar ftehim maċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

L-Isterlina avvanzat 0.5% kontra dollaru aktar dgħajjef hekkkif il-pakkett ta rkupru minħabba l-Coronavirus waqa fil-Kungress u tbaxxa d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan. L-Isterlina telgħet għal-livell ta’ qabel il-pandemija u kienet qed…

Aktar