Barranin
Jissospendi aktar tariffi kontra ċ-Ċina waqt li qed isiru t-taħditiet

Muniti

Kompla t-taqlib fis-swieq tal-ishma fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, iżda l-ewro ftit li xejn intlaqat u wera ftit moviment. Il-katalista għall-volatilità fis-swieq kienet l-istqarrija tal-Federal Reserve dwar ir-rati tal-interessi tal-ġimgħa li għaddiet li ma ntlaqetx tajjeb mill-investituri għax kienet maħsuba li kienet iebsa aktar milli kien mistenni. Membri tal-Federal Reserve indikaw li l-politika ta’ żidiet gradwali fir-rata tal-interessi ser jkomplu matul l-2019, għalkemm il-Federal Reserve qed jippjana żewġ żidiet flok tlieta fir-rata.

Is-sentiment ta’ riskju fl-investitur tjieb wara rapport li delegazzjoni mill-Istati Uniti ser ikollha taħditiet dwar il-kummerċ fiċ-Ċina fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. It-tilwma preżenti bejn iż-żewġ qawwiet ikkawżat taqlib fis-swieq finanzjarji u saħħet lid-dollaru Amerikani kontra r-rivali tiegħu. Il-President Trump qabel li jissospendi aktar tariffi kontra ċ-Ċina waqt li qed isiru t-taħditiet.

L-ewro żdied kontra d-dollaru u rkupra mit-telf tal-bieraħ. L-ewro żdied b’0.29% għal $1.1399. L-ewro wera żieda wkoll ta’0.30% kontra l-Isterlina, 0.67% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.66% kontra d-Dollaru Kanadiż. Iżda l-munita unika tilfet 0.08% kontra l-Yen u 0.02% kontra l-Frank Żvizzeru.

Ishma

L-akbar irkupru f’ġurnata fl-ishma Amerikani mill-2009 sfuma hekk kif l-indiċi tal-prezz bil-quddiem tbaxxa flimkien mal-ishma Ewropew.

L-indiċi Ewropew tbaxxew b’aktar minn 1.00%. Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.99%, l-iSTOXX tbaxxa b’0.89%, id-DAX b’1.65% u l-CAC 40 b’1.45%.

Id-Dow Jones fetaħ 1.88% aktar baxx waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.049%.

Fil-qasam tal-ishma l-RS2 Software, l-International Hotel Investments u l-Bank of Valletta żdiedu bi 3.37%, 1.76% u z-0.38% rispettivament. Il-Malta International Airport baqgħu bla bidla.

F’territorju negattiv, kien hemm l-HSBC Bank Malta, il-GO u t-Tigne Mall naqsu b’inqas minn 1.00% bit-Tigne Malta jitilfu l-aktar 7.65% biex għalqu €0.905.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2022, is-Central Business Centres 2025, il-Bortex Group Finance 2027 u Stivala Group Finance 2027 żdiedu b’aktar minn 0.40%.

Il-MIDI 2026, l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje) u l-Global Capital 2021 tilfu aktar minn 1.30%.
Commodities.

Il-prezz taż-żejt tilef xi ftit mill-avvanzi tas-sessjoni preċedenti. Il-Brent tilef 0.35% għal $53.43 waqt li l-U.S. Light crude tbaxxa b’0.37% għal $45.45.
Id-deheb żdied b’0.38% għal $1,272.03 kul uqija u l-fidda tbaxxiet b’0.27% għal $15.10.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro qed jiġi nnegozjat kontra d-dollaru ‘l fuq minn $1.1300, u qed jipprova jirkupra wara l-waqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa. Iż-żieda hija parzjalment dovuta għall-korrezzjoni u parzjalment tweġiba għat-tagħrif tajjeb…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Aktar