Barranin
Jitbaxxa il-prezz taż-żejt wara sinjali ta’ provvista żejda

L-Ewro qed jiġi nnegozjat sod kontra d-Dollaru fi Black Friday u qed iżomm il fuq mir-rata ta’ $1.1400 iżda mhux qed jikseb żidiet malajr. Waqt li ż-żewġ muniti huma maqbuda f’firxa dejqa, hemm ċans akbar li l-Ewro jkompli jiżdied milli jonqos.

L-Ewro wera żieda ta’ 0.19% kontra d-Dollaru biex tela’ għal $1.14110. L-Ewro kellu wkoll żieda ta’ 0.21% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.09% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.07% kontra l-Yen u 0.21% kontra l-Frank Żvizzeru. L-Ewro tilef 0.51% kontra l-Istrlina.

L-ishma Ewropej żammew sodi hekk kif il-prezzijiet bil-quddiem għal ishma Amerikan qed jippuntaw lejn ftuh dgħajjef waqt li l-ishma ewlenin fl-Asja tilfu.

Ħarsa lejn is-swieq finanzjarji, insibu li l-FTSE 100 tilef 0.83%; l-iSTOXX 0.44%l id-DAX 0.53% u l-CAC 40 wera tnaqqis ta’ 0.40%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa fuq ġimgħa wara sinjali ta’ provvista żejda u riesaq lejn is-seba’ ġimgħa ta’ telf. Il-Brent żdied b’0.02% għal $61.95 waqt li l-U.S. Light crude tilef 0.33% għal $53.31.

Il-prezz tad-deheb tela’ b’0.19% għal $1,223.81 waqt li kien hemm żieda ta’ 0.02% fil-prezz tal-fidda għal $14.30780.

Aħbarijiet importanti għal ġimgħa d-dieħla jinkludu s-Samit tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ħadd.

Nhar it-Tnejn ikunu ppublikati ċ-ċifri dwar l-impjiegi fl-Iżvizzera; it-tbassir kummerċjali, is-sitwqzzjoni fil-kondizzjonijiet tan-negozju u l-klima tan-negozju fil-Ġermanja. Nhar it-Tnejn wkoll ikun hemm diskorsi tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi u tal-Gvernatur tal-Bank of Enmgland, Carney.

Nhar it-Tlieta jkun hemm iċ-ċifra tal-fiduċja tal-konsumatur fl-Istati Uniti.

L-istatistika li toħroġ nhar l-Erbgha tinkludi l-Prodott Domestiku Gross, minn kwart għal kwart ta’ sena, il-bejgħ ta’ djar, l-inventarju taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti. Dakinhar wkoll jitkellem il-membru tal-Kumitat Monetarju tal-Federal Reserve Powell.

Nhar il-Ħamis, tkun ippuiblikata ċ-ċifra tal-qgħad fil-Ġermanja, il-bejgħ pendenti tad-djar fl-Istati Uniti; il-minuti tal-Federal Opern Market Committee tal-Istati Uniti u l-indiċi dwar il-manifattura miċ-Ċina.

Nhar il-Ġimgħa mbagħad ikun hemm l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur miż-żona tal-Ewro u l-Prodott Gross Domestiku minn xahar għal xahar tal-Kanada.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar