Lokali
Jitbaxxa l-ewro: il-ftehim milħuq fl-UE għall-pajjiżi milquta mill-Covid-19 mhux biżżejjed

Muniti

L-ewro kompla jitbaxxa kontra d-dollaru b’0.26% għal $1.0881 hekk kif il-ftehim ta’ kompromess ta’ nofs triljun ewro milħuq bejn il-gvernijiet taż-żona euro biex jkunu appoġġati pajjiżi milquta mill-coronovirus, qed jitqies bħala mhux suffiċjenti, speċjalment għall-Italja mgħobbija bid-dejn.

Id-dollaru kkonsolida ż-żidiet ttiegħu kontra muniti oħra qabel ma ħarġu ċ-ċifri tal-qgħad ta’ kull ġimgħa, li kellhom jipprovdu aktar evidenza li l-akbar ekonomija fid-dinja dieħla f’riċessjoni qawwija. Infatti, iċ-ċifri wrew li 5 miljuni u mitejn elf Amerikan ieħor l-ġimgħa li għaddiet applikaw għall-benefiċju tal-qgħad u dan tella’ t-total tal-aħħar xahar għal aktar minn 20 miljun, li turi kemm marret lura l-ekonomija minħabba l-coronavirus.

Statistika ħażina dwar il-bejgħ bl-imnut u mill-industrija u tnaqqis kbir fil-prezz taż-żejt għall-inqas livell fi 18-il xahar saħħet lid-dollaru kontra l-muniti kollha.  Id-Dipartiment tax-Xogħol qal li ċ-ċifra tal-qgħad tal–ġimgħa li għaddiet kienet inqas mis-6 miljun, sitt mija u ħmistax-il elf tal-ġimgħa preċedenti.

L-Isterlina ssaħħet llum u tilfet xi ftit kontra d-dollaru iżda żammet sod kontra l-ewro, qabel ma titħabbar estensjoni tal-lockdown fir-Renju Unit minħbba l-coronavirus.

Il-Yen tilef 0.2% kontra d-dollaru iżda żdied 0.12% kontra l-ewro. Rapport fil-midja qalu li l-Ġappun kien qed iħejji biex jestendi l-istat ta’ emerġenza lil hinn mill-ibliet ewlenin għan-nazzjon kollu.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum hekk kif naqsu l-imwiet ta’ kuljum tal-coronavirus fi Spanja u l-Italja, waqt li stqarrija sfidanti fuq il-kriżi minn tnejn mill-akbar linji tal-ajru bl-irħis Ewropej  għenu lill-ishma tal-ivvjaġġar.

Il-prezzijiet bil-quddiem fuq id-Dow Jones kienu mistennija jiftħu tajjeb. Ċifri ekonomiċi terribli lbieraħ baxxew id-Dow Jones b’1.9%. L-S7P 500 tilef 2.2% u n-Nasdaq tbaxxa b’1.4%. Rapporti finanzjarji dgħajfa mill-banek ukoll kellhom effett ħażin fuq is-swieq finanzjarji.  Madankollu id-Dow Jones fetaħ ftit aktar baxx.

Shares

Fis-suq tal-ishma lokali, kien hemm taħlita ta’ movimenti pożittivi, negattivi u ebda moviment. L-agħar li marru kienu Simonds Farsons Cisk li għalqu €8.55 tnaqqis ta’ 5%. Huma kienu segwiti mill-MIDI li tilfu 2.86%; l-HSBC Bank Malta bi 2.08% u l-GO  bi 2.02%.

L-aħjar li marru kienu l-International Hotel Investments b’10.10%; il-PG żdiedu 0.59% u l-Malta International Airport ma kellhom ebda bidla fil-prezz.

Bonds

Anke il-bonds lokali kellhom movimenti mħalltin iżda aktar kienu pożittivi. L-International Hotel Investments 2025 kellhom l-akbar żieda ta’ 4.12%. Il-Corinthia Finance 2026 segwew b’żieda ta’ 3.09%. Il-Merkanti Holding 2026 żdiedu 2.60% u l-Mediterranean Investments Holding 2020 żdiedu 2.15%. L-Eden Finance 2027 avvanzaw 2.04% u l-International Hotel Investments 2024 żdiedu b’1.77%. Il-Phoenicia Finance Company 2023-2028 tilfu  1.94%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu xi ftit illum wara telf qawwi fis-sessjoni preċedenti bl-investituri jittamaw li ż-żieda qawwija fil-ħażniet Amerikani jistgħu jfissru li bosta produtturi ftit għandhom għażla ħlief li jkabbru t-tnaqqis fil-produzzjoni hekk kif il-coronavirus jolqot ħażin lid-domanda. B’ċifri uffiċjali juru li l-ħażniet Amerikani telgħu għall-akbar fl-istorja, il-United States West Texas Intermediate tbaxxa għall-inqas press minn Frar 2002.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu b’aktar minn 1% hekk kif għadd ta’ miżuri ta’ stimulu mill-banek ċentrali minħabba l-kriżi tal-coronavirus wasslu lill-investituri biex ifittxu lid-deheb bħala assi sikur ta’ valur waqt li  rapporti ekonomiċi mhux tant tajbin mill-Istati Uniti qajmu l-biża ta’ riċessjoni globali. Madankollu, il-prezz irtirar u d-deheb kien qed juri żieda ta’ 0.20% aktar tard.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar