Barranin
Jitbaxxa l-Ewro u jkompli jissaħħaħ id-Dollaru

L-Ewro tbaxxa hekk kif id-Dollaru kompla bl-irkupru tiegħu mill-inqas rati fi tliet snin tal-ġimgħa li għaddiet, bi dħul ogħla mill-bonds tat-Teżor isostnu lid-dollaru qabel ma joħorġu l-minuti tal-aħħar laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Federal Reserve.

Il-munita unika tilfet 0.08% kontra d-dollaru wara li naqqset xi telf wara l-ħruġ tal-istħarriġ fost il-maniġers tax-xiri tal-kumpaniji li wera li t-tkabbir fin-negozju taż-żona tal-ewro, għalkemm tilef xi ftit mir-ritmu, baqa’ b’saħħtu dan ix-xahar.

L-Isterlina waqgħet għall-inqas rata f’ġimgħa wara statistika wriet li r-rata tal-qgħad fir-Renju Unit bla mistenni żdied għall-ewwel darba f’sentejn fit-tliet xhur li għalqu f’Diċembru.

Id-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li rapport dwar il-pagi wera ċ-ċans negliġibli ta’ xi żieda fir-rati tal-interess fil-qrib, ftit sigħat qabel mal-Federal Reserve Amerikan kien mistenni li jitkellem dwar il-prospetti ta’ aktar żieda fir-rati fl-Istati Uniti.

Indi`ijiet

L-ishma Ewropej irtiraw, taħt pressjoni minn żieda kontinwa fid-dħul mill-bonds, għalkemm riżultati milqugħa tajjeb minn kumpaniji tat-telekomunikazzjoni u minn Lloyds għenu biex ikun limitat it-tnaqqis.  Il-FTSE 100 kien qed jinnegozja f’territorju pożittiv. L-indiċi fl-Istati Uniti kienu qed jiftħu mingħajr bidla, iżda aktar tard id-Dow Jones kien qed juri żieda ta’ 0.3%. L-indiċi lokali segwa l-ishma Ewropej.

Ishma Lokali
L-RS2 Software u l-Malita Investments żdiedu aktar minn 1% iżda inqas minn 2%. F’nofs it-tabellla nsibu lil Malta Properties Company u l-Malta International Airlines li t-tnejn iċċaqilqu b’0.5% f’direzzjonijiet opposti. L-HSBC Bank illum tilef 2% waqt li l-Medserv kien f’territorju negattiv bi kważi 3.5%.

Bonds

Kienet ġurnata pożittiva għall-bonds lokali llum hekk kif il-Bortex żdiedu bi kważi 2%. In-1923 Investments kellhom żieda ta’ kważi 1.5%. L-SD Finance żdiedu 1% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.5% fil-bonds ta’ Hal Mann u tal-GlobalCapital. Fin-naħa negattiva kien hemm il-Mediterranean Investments Holdings 2021 bi tnaqqis ta’ 1.61%.

Prodotti Essenzjali

Tbaxxew il-prezzijiet taż-żejt, taħt pressjoni minn irkupru fid-dollaru Amerikan u minn żieda mistennija fil-produzzjoni mill-Istati Uniti.

Il-prezz tad-deheb issaħħaħ wara li kellu l-akbar tnaqqis f’ġurnata għal xahrejn u nofs hekk kif l-investituri stennew il-minuti mill-Federal Reserve għal ħjiel dwar il-prospetti għall-interessi fl-Istati Uniti. Iżda l-prezzijeit baqgħu taħt pressjoni minn żidiet ġodda fid-dollaru li żammew lill-prezz tad-deheb qrib l-inqas f’ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar