Barranin
Jitbaxxa l-prezz tad-deheb

L-indiċi dwar il-klima tal-konsumatur fil-Ġermanja mill-aġenzija GfK tbaxxa għal 10.4 punti, ftit inqas minn dak imbassar ta’ 10.5 punti.

Fl-Istati Uniti, l-aħbar ewlenija hija ċ-ċifri preliminari tal-Prodott Domestiku Gross stmat li kien 3.6%. Għada mistennija li joħorġu ċ-ċifri tal-Prezzijiet għall-Konsumatur tal-Ġermanja stmati li jibqgħu 0.2%. Il-Ġermanja ser toħroġ ukoll il-bidla fil-qgħad u l-Bank Ċentrali Ewropew jippublika ir-rapport dwar l-istabbilità finanzjarja. L-Istati Uniti jippublikaw l-Indiċi tal-Prezzijiet, l-infiq personali u l-applikazzjonijiet għall-benefiċju tal-qgħad, waqt li l-Kumitat dwar il-Politika Monetarja tal-Federal Reserve jippublikaw il-minuti tal-laqgħa ta’ Novembru.

L-ewro ftit li xejn inbidel mad-dollaru. Bħalissa ewro jiswa $1.1280, tnaqqis ta’ 0.08%. L-ewro tilef 0.46% kontra l-Isterlina; 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.07% kontra l-Yen u 0.04% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro żdied 0.08% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

Il-prezzijiet tal-ishma fl-Ewropa żdiedu flimkien mal-prezzijiet bil-quddiem fl-Istati Uniti u segwew iż-żidiet fl-Ażja hekk kif l-investituri reġgħu daħlu f’sentiment ta’ riskju qabel diskors tal-President tal-Federal Reserve. Id-dollaru u l-bonds tat-Teżor kienu sodi.

L-Isterlina avvanzat hekk kif il-Prim Ministru Theresa May tidher li irtirat minn battalja ewlenija dwar il-Brexit fil-Parlament. Il-bonds Ewropej żdiedu u l-ewro kien marbut fil-firxa tiegħu.

L-indiċijiet fl-Ewropa kienu b’mod ġenerali f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.04%, l-iSTOXX żdied b’0.48%m id-DAX żdied b’0.20% u l-CAC 40 żdied b’0.39%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.77% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.018% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Malta Properties Company u l-Bank of Valletta żdiedu b’1.79% u 1.14% rispettivament.
L-HSBC Bank Malta, il-Medserv u l-PG baqgħu bla ebda ċaqliq waqt li l-RS2 Software tilfu aktar minn 0.50%.

Bonds

Fil-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026, il-Mediterranean Investments Holding 2020, l-International Hotel Investments 2024 u l-Hili Finance Company 2028 żdiedu b’0.48%, 0.24%, 0.23% u 0.01% rispettivament.

Il-MEDirect Bank (Malta) 2019 u l-International Hotel Investments 2023 tilfu aktar minn 0.40% bl-International Hotel Investments 2023 tilfu l-aktar, 2.30%.

Commodities

Il-prezz tal-Brent tbaxxa b’0.10% għal $60.15 kull barmil u l-U.S. Light Crude żdied b’0.25% għal $51.68.

Sadanitant il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.09% għal $1,213.97.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar