Barranin
Jitbaxxa l-prezz tad-deheb

Muniti

L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro għal din l-aħħar sena u dan l-aħħar tbassir huwa l-aktar baxx f’sentejn. Il-munita unika hija taħt pressjoni hekk kif l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jkompli jbaxxi r-rata negattiva għad-depożiti x-xahar id-dieħel u aktarx li jerġa’ jibda l-programm ta’ xiri ta’ assi dalwaqt. Illum l-ewro kien qed jiġi negozjat bir-rata ta’ $1.12 matul filgħodu biex imbagħad tbaxxa taħt din ir-rata minħabba s-saħħa tad-dollaru.

Stħarriġ mill-aġenzija Reuters fost strateġisti fis-swieq finanzjarji juri li d-dominanza tad-dollaru Amerikan tista’ tintemm jekk il-Federal Reserve jċedi għal-pressjoni mis-swieq finanzjarji u l-President Trump inaqqas ir-rati tal-interess b’50 punt bażi oħra din is-sena.

L-Isterlina żdiedet xi ftit hekk kif is-sentiment ta’ riskju rritorna lejn is-swieq finanzjarji, iżda baqgħet qrib l-inqas rata tal-2017 u s-swieq qed jistennew li l-munita tkompli titbaxxa. Is-sentiment ta’ riskju stabilizza ruħu wara li ċ-Ċina rraportat li l-esportazzjoni żdiedet matul Lulju, u dan kabbar id-domanda għall-Isterlina. Il-munita Ingliża żdiedet 0.3% għal $1.2777 għalkemm baqgħet qrib l-inqas rata f’31 xahar ta’ $1.2080 li laħqet kmien dan ix-xahar.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa avvanzaw hekk kif l-investituri qawwew qalbhom bl-irkupru akbar milli mistenni fl-esportazzjoni Ċiniża u l-istabbiltà tal-yuan wara ġimgħa ta’ taqlib minħabba ż-żieda fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-iSTOXX 50 żdied bi kważi 1% b’aktar minn 91% tal-kumpaniji fuq dan l-indiċi f’territorju pozżittiv, wara li rkupra minn tliet ijiem ta’ telf qawwi li beda tard il-ġimgħa li għaddiet.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 0.95%; il-FIMBank żdiedu bi 2.90%; l-HSBC Bank Malta tilfu 1.96%, l-International Hotel Investments tbaxxew bi 3.80%; il-Malta International Airport tilfu 3.23%; il-Medserv żdiedu b’1.72% waqt li l-PG wrew żieda ta’ 1.23%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2022 żdiedu b’0.50%; il-Mariner Finance 2024 tbaxxew bi 2.78%; il-Hal Mann Vella Group 2024 tbaxxew bi 2.30%; l-International Hotel Investments 2025 avvanzaw b’0.95%; waqt li Hudson Malta 2026 naqqsu b’0.48%; il-Hili Finance Company 2028 tbaxxew b’0.50% waqt li l-Melite Finance 2028 avvanzaw b’0.97%.

Il-prezz taż-żejt illum żdied b’aktar minn $1 kull barmil minħabba l-aspettattiva li l-prezzijiet li qed jinżlu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni, flimkien mas-saħħa tal-yuan wara ġimgħa ta’ taqlib minħabba t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Il-Brent żdied għal $57.17 wara li kien laħaq l-ogħla tas-sessjoni ta’ $58.01. Il-United States West Texas Intermediate tela’ għal $52.4 wara li kien laħaq it-$52.84.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa xi ftit illum wara li kien qabeż l-$1,500 kull gramma għall-ewwel darba minn April 2013 minħabba l-inċertezzi kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u żieda fis-sinjali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  Is-sentiment ta’ riskju deher fis-swieq finanzjarji llum, hekk kif progress lejn is-sejba ta’ vaċċin kontra l-Covid-19 għen lill-ishma jirkupraw u l-muniti bbażati fuq prodotti essenzjali jissaħħu, waqt li d-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Aktar