Jitbaxxa l-prezz tad-deheb minħabba żieda fid-dollaru

Id-Dollaru Amerikan illum issaħħaħ hekk kif statistika ekonomika Amerikana tissuġġerixxi li l-Federal Reserve mhux mistenni li jkompli jnaqqas ir-rati tal-interessi u hekk kif naqset il-likwidità qabel il-btajjel li ġejjin. Id-dollaru żdied kontra l-ewro li tħabat biex jibqa’ il fuq mill-medja ta’ 200 jum, u kontra l-Isterlina li tilfet iż-żidiet kollha ta’ wara l-elezzjoni ġenerali minħabba biża’ li r-Renju Unit jista’ jitlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim kummerċjali.

Il-produzzjoni industrijali irkuprat fl-Istati Uniti matul Novembru, l-aktar minħabba li ntemm l-istrajk mill-ħaddiema tal-General Motors. Is-swieq finanzjarji mhumiex jaħsbu għal xi tnaqqis fir-rati tal-interess fi żmien qasir.

Is-sentiment kummerċjali Ġermaniż żdied aktar milli mistenni matul Diċembru skond stħarriġ ippubblikat illum, sinjal ieħor li t-tnaqqis fir-ritmu tal-manifattura qed jgħib bil-mod wara li l-produzzjoni ġenerali naqset kmieni din is-sena. L-istatistika, iżda ma rnexxilhiex tgħin lill-ewro, li tilef 0.29% għal $1.1118 wara nofsinhar.

L-Isterlina tilfet 0.2% hekk kif l-investituri qed jevalwaw ir-riskji li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim fi tmiem is-sena, bl-aħbarijiet politiċi mistennija jieħdu preċedenza fuq l-istatistika ekonomika. Il-gvern tal-Prim Ministru Johnson ilbieraħ qal li mhux ser ikun hemm stensjoni għall-iskadenza ta’ Diċembru 2020 għal negozjati kummerċjali mal-Unjoni Ewropea u dan ħoloq ansjetà dwar Brexit u tellef malajr iż-żieda li kellha l-Isterlina wara l-elezzjoni.

L-Isterlina tilef wara l-aħbar u tbaxxiet b’aktar minn 3% mill-ogħla rata fi 18-il xahar ta’ $1.3518 wara r-rebħa elettorali kbira mill-Konservattivi. Illum wara nofsinhar l-isterlina tilfet 0.2% kontra d-dollaru għal $1.3105 u 0.13% kontra l-ewro għal 85.03 pence kull ewro.

L-ishma Ewropej irkupraw llum hekk kif iż-żidiet fil-prrezz tal-ishma tal-kumpanija Żvediża Volvo u setturi difensivi ibbilanċjaw it-tħassib dwar Brexit bla ftehim li kompla jgħafas l-ishma Ingliżi.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu bla movement hekk kif is-swieq ħadu pawsa wara xiri rekord, waqt li l-FedEX tbaxxa wara li naqqas it-tbassir tal-profitt annwali għat-tieni darba din is-sena.

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdied bi kważi 0.5% segwit minn MIDI li ra żieda ta’ 0.40%. L-International Hotel Investments tilfu 0.65%; il-Malita Investments tbaxxew bi 2.70%l il-Malta Properties Company tilfu 3.08% għal €0.63. Kien hemm tnaqqis ta’ 3.23% fit-Trident Estates.

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Pendergardens Developments 2020 tilfu 0.60%; il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.25%; it-Tumas Investments 2024 żdiedu wkoll b’1.38%. L-International Hotel Investments 2025 tbaxxew b’0.47%l il-Medserv 2026 tilfu 0.35%; il- Premier Capital 2026 tilfu 1.76% u l-SD Finance 2027 tilfu wkoll 0.10%.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum wara li statistika dwar l-industrija taż-żejt fl-Istati Uniti wriet żieda sorprendenti fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fil-pajjiż iżda t-telf kien limitat minn aspettattivi li jkun hemm żieda fid-domanda is-sena d-dieħla wara progress lejn ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa minħabba żieda fid-dollaru pattiet għas-sostenn li kellu mill-inċerteza fit-taħditiet bejn l-Istati uniti u ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet…

Aktar