Barranin
Jitbaxxa l-prezz tad-deheb u jogħla taż-żejt

L-Isterlina baqgħet qrib l-ogħla rata fi kważi ġimagħtejn, miexja mad-dollaru u żdiedet kontra l-ewro minkejja li hemm xettiċiżmu dwar il-prospetti ta’ tranżizzjoni bla tfixkil għar-Renju Unit fin-negozjati dwar il-Brexit.

L-Isterlina laħqet l-ogħla livell mis-27 ta’ Frar din il-ġimgħa, mgħejjuna minn valutazzjoni tajba dwar l-ekonomija Ingliża mill-Ministru tal-Finanzi Philip Hammond u mid-dgħufija usa’ tad-dollaru minħabba t-tkeċċija mill-President Trump tas-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson.

L-ewro tilef 0.28% kontra d-Dollaru u l-Isterlina u d-doppju ta’ dan kontra l-yen. Il-munita unika żdiedet kontra d-dollari tal-Awstralja u tal-Kanada waqt li baqgħet l-istess kontra l-frank Żvizzeru hekk kif l-Iżvizzera ħabbret li ser iżomm ir-rata tal-interess ta’ referenza f’0.75% taħt iz-zero (-0.75%).

Indiċijiet

L-ishma Ewropej żdiedu fin-negozju bikri mgħejjuna minn riżultati tajbin minn kumpaniji inklużi dawk kbar tal-assigurazzjoni, Munich Re and Generali u Old Mutual. Id-Dax żamm iż-żidiet matul il-ġurnata u baqa’ fuq quddiem fl-Ewropa. L-iStoxx 50 u l-CAC 40 it-tnejn żdiedu b’0.31%. Id-Dow Jones fetaħ taħt il-limitu ta’ 25,000 b’żieda ta’ 0.41%.

L-indiċi tal-Borża ta’ Malta kellu żieda ta’ 0.775% bl-aħjar li marru kienu l-International Hotel Investments li żdiedu bi kważi 7%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb tbaxxa, taħt pressjoni minn dollaru aktar b’saħħtu għalkemm it-tensjonijiet bejn ir-Renju Unit u r-Russja illimitaw it-tnaqqis fil-prezz, jum wara li kien laħaq l-ogħla livell f’ġimgħa.

Il-prezz taż-żejt żdied wara telf bikri, sostnut minn żieda fis-sweiq finanzjarji, iżda illimitat minn evidenza li l-provvista ser tkun aktar mid-domanda din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru niżel mill-ogħla livell f’din l-aħħar sena wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump esprima tħassib dwar munita b’saħħitha għaliex qal li din tqiegħed lill-Istati Uniti fi żvantaġġ. Il-munita unika…

Barranin

Muniti Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Aktar