Barranin
Jitbaxxa l-prezz tad-deheb wara deċiżjoni tal-Istati Uniti dwar tariffi fuq il-Messiku

Muniti

L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu jistennew waqt li hija għaddejja l-kampanja għas-suċċessjoni tal-Prim Ministru Theresa May.

Id-Dollaru stabbilizza ruħu ‘l fuq mir-rati baxxi tal-aħħar xahrejn u nofs għax l-investituri ffukaw fuq is-summit tal-Grupp tal-20 aktar tard dan ix-xahar fejn iċ-Ċina u Washington jistgħu jagħmlu xi progress dwar il-kummerċ. L-Ewro ssoda xi ftit għal $1.1318 għalkemm stħarriġ wera li l-moral tal-investituri fiż-żona tal-ewro ħżien bil-qawwi matul Ġunju, inqas sewwa minn dak mistenni.

Indiċi

Żieda ta’ aktar minn 1.30% fid-DAX xpruna lis-swieq finanzjarji Ewropej ‘il fuq hekk kif l-investituri Ġermaniżi u Żvizzeri reġgħu lura minn tmiem il-ġimgħa twil u minħabba li sinjali ta’ aktar stimulu mill-Gvern fiċ-Ċina saħħaħ is-swieq tal-prodotti essenzjali. L-iSTOXX 50 żdied b’0.83%.

L-ishma fl-Istati Uniti kienu mistennija li jirritornaw lejn territorju rekord, hekk kif sinjali ta’ aktar stimulu fiskali miċ-Ċina u xi tnaqqis fit-tensjoni mal-Messiku saħħaħ is-sentiment tal-investitur għar-riskju.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Main Street Complex tilfu 3.17% segwiti minn RS2 Software b’0.71%. Il-Malta International Airport tnaqqsu b’0.67% u l-HSBC Bank Malta b’0.61%. Il-GO żdiedu b’1.33 u l-Bank of Valletta b’0.40%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Medserv 2020/23 kellhom l-akbar żieda ta’ 2%. Il-Premier Capital 2026 żdiedu b’1.49% u l-mariner Finance 2024 b’1.08%.

Il-Mediterranean Investments Holdings 2022 tilfu 1.47% u l-Mercury Projects Finance 2027 naqsu b’0.87%.

Il-prezz taż-żejt tela’ ‘l fuq minn $62.50 kull barmil hekk kif ishma aktar b’saħħithom u l-istennija li l-OPEC u l-alleati tagħha ser ikomplu bit-tnaqqis fil-produzzjoni ibbilanċjaw it-tħassib dwar ekonomiji u domandi li qed jitbaxxew. Ir-Russja qalet li għandha mnejn tappoġġa t-tnaqqis mill-OPEC li ilu minn Jannar, waqt li l-ishma żdiedu wara li ċ-Ċina taffiet ir-regoli dwar is-self biex iżomm it-tnaqqis it-tnaqqis ekonomiku. Dan ta spinta liż-żejt.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk kif l-Istati Uniti waqqfet il-pjani li timponi tariffi fuq il-Messiku u dan kabbar is-sentiment tal-investituri għal assi aktar riskjużi bħall-ishma għas-spejjeż tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Ewro laħaq l-ogħla rata fi tliet xhur ta’ $1.1412, wara li kien żdied 2% mill-inqas rata f’ġimagħtejn ta’ $1.1181 ġimgħa ilu. L-aħħar li kien jiswa kien $1.1382. Id-dgħufija tad-Dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tħabat illum biex jirpilja u kien riesaq lejn ġimgħa telf kontra muniti ewlenin oħra wara li l-Federal Reserve ngħaqad ma’ banek ċentrali oħra bi pjani sabiex ibaxxi r-rati tal-interessi…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum tilef kontra l-muniti rivali tiegħu u jinsab riesaq lejn l-akbar waqgħa f’jumejn f’sena wara li l-bank ċentrali wera li lest li jnaqqas ir-rati tal-interess anke sax-xahar id-dieħel….

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif qed jikber it-tħassib dwar l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv li tista’ twassal għall-ħruġ diżordinat mill-Unjoni Ewropea. Boris Johnson, li jinsab quddiem nett biex jilħaq flok…

Aktar