Barranin
Jitbaxxa l-prezz taż-żejt għal madwar $64 kull barmil

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan kien l-ogħla dħul mill-bonds f’erba’ snin.

Analisti sabu diffikultà biex jispjega id-dgħufija kbira tad-dollaru, hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor għal 10 snin laħaq it-3% u hekk kif is-swieq finanzjarji u l-prodotti essenzjali baqgħu jiżdiedu. Id-dollaru għal ftit ħin żdied nhar l-Erbgħa wara li l-istatistika wriet li l-inflazzjoni fl-Istati Uniti kienet ogħla minn dik mistennija matul Jannar, u dan saħħaħ l-istennija li l-Federal Reserve jista’ jżid ir-rati tal-interessi sa erba’ darbiet din is-sena.

L-Isterlina żdiedet kontra d-Dollaru u saħħet iż-żidiet kontra l-munita aktar dgħajfa Amerikana, bl-investituri jistennew ir-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji sabiex jagħtu spinta ġdida lill-Isterlina.

Wara bidu tajjeb għas-sena minħabba stennija kbira li l-Bank of England kien ser iżid ir-rati tal-interessi ferm aktar malajr milli kien maħsub, u minħabba l-ottimiżmu li r-Renju Unit kien ser jikseb termini aktar favorevoli mill-Unjoni Ewropea qabel joħroġ mill-Unjoni s-sena d-dieħla, l-Isterlina waqgħet fl-aħħar ġimgħat. It-tħassib mill-ġdid dwar jekk il-gvern Ingliż hux ser jilħaq ftehim tranżitorju  mal-Unjoni Ewropea ħalla effett akbar mill-kummenti mill-Bank of England dwar il-ħtieġa li r-rati jiżdiedu malajr u ftit aktar milli kien ta indikazzjoni s-sena li għaddiet.

L-ewro żdied kontra id-Dollaru Awstraljan u dak Kanadiż waqt li tilef kontra l-yen u kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċijiet

L-ispinta fl-irkupru tal-ishma Ewropej kompliet għat-tieni jum llum wara li l-investituri ma tawx kas żieda fl-inflazzjoni fl-Istati Uniti, u tefgħu l-attenzjoni tagħhom lejn ir-rapporti finanzjarji mill-klumpaniji kbar fosthom l-akbar kumpanija aerospazjali Ewropea, l-Airbus.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.97%, l-ogħla livell f’ġimgħa, iżda xorta kien 6.5% inqas mill-ogħla livell f’sentejn u nofs milħuq fit-23 ta’ Jannar. Il-CAC 40 kien fuq quddiemnett b’żieda ta’ 1.5% fuq il-prezz tal-ftuħ. Id-Dow Jones fetaħ 0.8% ogħla.

Ishma Lokali

Fil-Borża lokali, l-ishma lllum kellhom direzzjoni deċiżiva bil-FimBank  jiżdiedu kważi 9% u l-GO 2%. L-ishma tal-Malta International Airport wrew żieda ta’ 0.82%. Fin-naħa negattiv, Santumas Shareholdings u l-PG tilfu aktar minn 0.5%. L-International Hotel Investments u t-Trident Estates kellhom tnaqqis ta’ 1.59% u 2.5% rispettivament.

Bonds

Jekk l-ishma lokali pprovdew direzzjoni, il-bonds lokali llum taw stabbilità għax tliet bonds biss kellhom bidla fil-prezz u dan kienet minima. Il-Bortex Group Finance 2027 żdiedu 0.15%; it-Tumas Investments u l-International Hotel Investments żdiedu 0.01%. Kien hemm negozju f’disa’ bonds oħra iżda bla ebda bidla fil-prezz.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa għal madwar $64 kull barmil hekk kif produzzjoni rekord  u inventarji dejjem jiżdiedu fl-Istati Uniti għelbu dollaru dgħajjef u l-kummenti mill-Għarabja Sawdijas li l-OPEC u produtturi oħra kienu kommessi mal-ftehim tagħhom li jnaqqsu l-provvisti.

Il-prezz tad-deheb kien riesaq lejn ir-raba’ sessjoni infila ta’ żieda hekk kif id-do0llaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimagħtejn minħabba tħassib dar l-impatt tal-livelli għolja tad-dejn Amerikan u tat-tnaqqis fit-taxxi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-par ewlieni ta’ muniti jidher ftit li xejn entużjasti fil-bidu tal-ġimgħa. Is-suq irnexxielu jirkupra wara l-istatistika dgħajfa tal-ġimgħa li għaddiet: tbaxxa l-interess tal-investituri fid-dollaru bħala assi sigur, iżda xorta…

Barranin

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda…

Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Aktar