Barranin
Jitbaxxa l-prezz taż-żejt għat-tieni jum infila

Dawn huma l-aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank

Muniti

Il-bidla fil-politika monetarja mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti mhux ser ikollha l-impatt sinifikattiv fuq l-ekonomija, skont il-maġġoranza ta’ ekonomisti fi stħarriġ minn Reuters li ma jistennewx li l-Bank Ċentrali li jissodisfa il-mandat doppju sa mill-anqas l-2023.

F’bidla sinifikattivi lejn sentiment aktar toleranti lejn l-inflazzjoni, il-politika monetarja ġdida hjija maħsuba biex tkabbar l-impjiegi billi tħalli l-inflazzjoni titla’ ‘il fuq mill-mira ta’ 2% u ssuġġerew li l-interessi ser jibqgħu qrib iż-żero għas-snin li ġejjin.

L-inflazzjoni minn sena għal sena li mistennija titħabbar aktar tard illum mistennija tkun fil-livell ta’ 1.2%.

L-ekonomija tar-Renju Unit kibret għat-tielet xahar konsekuttiv matul Lulju hekk kif fetħu mill-ġdid il-pubs, ristoranti u setturi oħra wara l-għeluq tal-coronavirus iżda baqgħet madwar 12% inqas mill-livell ta’ qabel il-pandemija.

Il-Kap ekonomista tal-Bank Ċentrali Ewropw qal li l-inflazzjoni mistennija li persistentement tkun inqas mill-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-snin li ġejjin u ewro b’saħħtu ikompli jnaqqas il-pressjoni fuq il-prezzijiet u b’hekk ma jkunx hemm lok għall-kompjaċenza.

Meta kiteb fil-blog tiegħu, jum wara li l-Bank wera attitudni kalma fuq it-tkabbir u l-inflazzjoni, Lane wissa li l-impatt deflazzjonarju ta’ riċessjoni storika kien ibbilanċjat parzjalment.

Id-dħul mill-bonds tal-gvern madwar iż-żona ewro tbaxxew wara l-kummenti ta’ Kane.

Reazzjonijiet notevoli wara l-laqgħa tal-Bank Ċentrali lbieraħ hija il-waqgħa tal-Isterlina b’1.5% u l-waqgħa ta’ 3% fin-Nasdaq li huma mimli b’ishma tat-teknoloġija.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum għat-tieni jum, taħt pressjoni minn żieda sorprendenti fil-ħażniet Amerikani hekk kif il-pandemija qed tkompli tnaqqas id-domanda għall-fjuwil.

Il-Brent u l-West Texas Intermediate tilfu madwar 6.5% għal din il-ġimgħa u resqin lejn it-tieni ġimgħa ta’ tnaqqis, hekk kif qed jonqsu t-tamiet ta’ rkupru sod fid-domanda għall-fjuwil fost sinjali tat-tieni imxija tal-coronavirus.

Fl-Istati Uniti, il-ħażniet kibru l-ġimgħa li għaddiet, hekk kif ir-raffineriji irritornaw lejn ix-xogħol wara li l-produzzjoni kienet għalqet minħabba l-maltempati fil-Golf tal-Messiku u r-reġjun usa.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar