Jitbaxxa l-prezz taż-żejt minħabba l-biża’ li l-ekonomija globali se tirkupra bil-mod

Il-yen żdied għax l-investituri reġgħu lura lejn dil-munita sigura mħassba dwar l-ħsara ekonomika ta’ xitwa iebsa fl-Ewropa u l-Istati Uniti bil-każi tal-CVOID -19 qed ikomplu jiżdiedu. Il-yen baqa’ madwar 1.5% baxx kontra d-dollaru, l-ikbar waqgħa f’ġimgħa f’ħames xhur u dħajjef kontra muniti oħra. Iżda l-irkupru mil-livell baxxi – flimkien mad-dgħufija f’muniti aktar riskjużi – juri li għadha tħeġġeġ il-kawtela.

Dwar il-muniti emerġenti wieħed ma jistax ma jinnotax il-moviment fil-munita Torka din il-ġimgħa. Il-Lira Torka issaħħet illum għall-ogħla livell f’seba’ ġimgħat, b’żieda ta’ 12% f’ġimgħa. Dan, wara li l-President Erdogan wiegħed li ser jadotta mudell ekonomiku ġdid u dan wassal għal tamiet qawwiet ta’ żieda qawwija fir-rati tal-interessi mill-bank ċentrali.

Id-dħul minn bonds ta’ gvernijiet taż-żona ewro tbaxxa, hekk kif kummenti mill-banek ċentrali li l-prospetti ekonomiċi jibqgħu mhux ċari anke bit-tamiet ta’ vaċċin kontra l–koronavirus taw konfort lis-swieq tad-dejn li riesaq aktar stimulu fil-politika monetarja. Il-kpaijiet tal-Federal Reserve u tal-Bank Ċentrali Ewropew laqgħu fil-ferħa ir-riżultati nkorraġġant fil-provi tal-vaċċin iżda tennew li l-prospetti ekonomiċi jibqgħu inċert.

L-ishma Asjatiċi żammew iż-żidiet u l-prezzijiet bil-qudiem tal-ishma fl-Istati Uniti żdiedu wara li l-President-elett Joe Biden kien mistenni jirbaħ l-istat ta’ Arizona minn idejnħt Ir-Repubblikaniu dan kabbar ir-rebħa tioegħu. Il-projezzjoni mill-Edison research tat daqqa oħra lill-isforzi tal-President Trump biex jibdel ir-riżulta tal-elezzjoni presidenzjali.

Il-bejgħ qawwi fil-bonds fil-bidu tal-ġimgħa xorta ħalla id-dħul minn dawk Ġermaniżi b’żieda ta’ 7 punti bażi għal ġimgħa u jidher li ser ikollhom l-akbar żieda f’ġimgħa minn Awwissu. Biż-żona ewro aktarx li tidħol f’riċessjoni f’dawn it-tliet xhur, il-Bank Ċentrali Ewropew diġà qal li ser jipprovdi aktar stimulu f’Diċembru. Il-kummenti din il-ġimgħa minn uffiċjali tal-banksaħħew it-tamiet ta’ aktar stimulu.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew, taħt pressjoni mill-biża dwar irkupru bil-mod fl-ekonomija globali u fid-domanda għal fjuwil minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet, iżda s-suq xorta riesaq lejn it-tieni ġimgħa konsekuttiva ta’ żieda minħabba t-tamiet dwar il-vaċċin., Il-kuntratti ta din il-ġimgha resqin lejn żieda ta’ 9%. L-istatistika mill-Gvern Amerikan ukoll kompliet iżżid il-pressjoni, għax l-inventarji taż-żejt mhux maħdum żdiedu b’4.3 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet imqabblin ma tnaqqis mistenni ta’ 913,000 barmil.