Barranin
Jitbaxxa l-prezz taż-żejt minħabba l-biża’ ta’ imxijiet ġodda tal-coronavirus

Muniti

Id-dollaru llum żdied mit-telf bikri hekk investituri beżgħana dwar ir-riskji usa ġeopolitiċi marru għalih bħala assi sikur. Is-sentiment kien imċaqlaq mill-infezzjonijeit record f’sitt stati fl-Istati Uniti, każi ġodda f’Beijing u ġlied bejn truppi Indjani u Ċiniżi fil-Punent tal-Ħimalaya.

L-isterlina kienet xi ftit aktar dgħajfa wara li l-istatistika wriet li l-inflazzjoni x-xahar li għadda tbaxxiet għall-inqas livell minn Ġunju 2016 hekk kif il-pandemija naqqset id-domanda mill-ekonomija globali u ikkawżat waqgħa kbira fil-prezzijiet taż-żejt.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street fetħu ogħla, u żdiedu għar-raba’ sessjoni infila, hekk kif sinjali ta’ stimulu taw spinta lit-tamiet ta’ rkupru malajr ekonomiku anke jekk sitt stati Amerikani kellhom żieda rekord fil-każi ta’ coronavirus ġodda.

L-ishma Ewropej żdiedu, wara li sinjali ta’ aktar stimulu monetarju fl-Istati Uniti u tamiet li l-ekonomija globali tista’ tirpilja bbilanċjaw il-beżgħat ta’ aktar lockdowns minħabba imxija ġdida fiċ-Ċina.

Il-Borża ta’ Malta wriet żieda ta’ 0.72%.

Local equities

Fl-ishma lokali, in-negozju kien imxaqleb lejn sentiment pożittiv. L-RS2 Software żdiedu 3.45%,  l-HSBC Bank malta avvanzaw b’aktar minn 2%.  Il-Malta International Airport, il-BMIT Technologies u l-Bank of Valletta żdiedu bejn 1.75% u 1% rispettivament. Fin-naħa negattiva kien hemm il-Malta Properties u l-Go fuq quddiem b’telf li jvarjaw minn 1.67% għal 2.29%

Local Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-iStivala Group Finance 2027 żdiedu 2.48% segwiti minn Best deal Properties u l-Phoenicia Finance b’żidiet ta’  0.48% u 0.25%.  Il-Bortex Group, it-Tumas Investments, il-Mariner Finance u l-iStivala Group finance 2029 kienu negozjati f’territorju negattiv bi tnaqqis ta’ bejn 0.49% u 0.77%

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa minħabba l-biża’ ta’ imxijiet ġodda tal-coronavirus, iżda l-prezzijiet sabu xi appoġġ mill-miżuri ta’ stimulu u t-testijiet pożittivi ta’ mediċina li tista’ ssalva pazjenti kritikament milquta.

Il-Prezzijiet tad-deheb u l-fidda kellhom ftit ċaqliq, għalkemm x’direzzjonijiet opposti. Id-deheb tilef 0.16% u l-fidda żdiedet kważi 0.5%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar