Jitbaxxa l-prezz taż-żejt waqt li jogħla tad-deheb

Id-dollaru Amerikan tbaxxa għall-inqas rata minn nofs April għax l-investituri qed iqisu li l-Federal Reserve dalwaqt ibaxxi r-rati tal-interessi, waqt li t-tħassib dwar it-tkabbir globali wassal biex l-investituri jmorru għall-yen. L-ewro żdied minħabba d-dgħufija tad-dollaru iżda ċifri baxxi aktar minn dawk mistennija dwar l-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro waqqfu l-irkupru tal-munita unika. Il-par ta’ muniti rtiraw wara livelli għoljin f’sitt ġimgħat wara ċ-ċifri dwar l-inflazzjoni. L-ewro kien jiswa $1.1277 dalgħodu wara li rtira lejn id-$1.1232 wara nofsinhar.

L-Isterlina żdiedet b’0.1% għal $1.2673 mill-inqas rata f’ħames xhur ta’ $1.2560 ta’ nhar il-Ġimgħa. Iżda l-munita Ingliża tbaxxiet għall-inqas rata kontra l-ewro fl-aħħar 20 ġimgħa. L-Isterlina tbaxxiet għax hemm il-prospett li jiġi elett Prim Ministru ewro-xettiku li jista’ jaħdem lejn firda aktar radilkali mill-Unjoni Ewropea, li huwa l-akbar suq tar-Renju Unit.

L-ishma fl-Ewropa tilfu nofs punt perċentwali hekk kif l-ewwel sinjali ta’ passi mill-Istati Uniti kontra monopolju tal-Google u kumpaniji tat-teknoloġija kbar wassal biex kumpaniji bħalhom fl-Ewropa jitilfu wara telf f’Walls Street u fl-Asja matul il-lejl. L-iSTOXX 600 tilef 0.5% bis-settur tat-teknoloġija jitlef 2%. Madankollu, indiċijiet bħall-iSTOXX 50 u d-DAX żdiedu aktar tard fil-jum b’ċaqliq ta’ 1.02% u 1.50% rispettivament.

L-ishma fl-Istati Uniti llum fetħu wara li uffiċjal anzjan tal-Federal Reserve wera t-triq lejn tnaqqis fir-rata tal-interessi bi tweġiba għat-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku. Id-Dow Jones tilef 0.58% u l-S&P 500 fetaġ ogħla b’0.66%.

Fil-qasam tal-ishma lokali, is-Santumas Shareholdings żdiedu b’19.01% għal $1.69. Il-Bank of Valletta żdiedu b’4.48% segwiti minn Malita Investments li wera avvanz ta’ 4.27%. Simonds Farsons Cisk kienu l-aktar li tilfu llum bi 12.38%. Anke l-HSBC Bank tilfu 0.61%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024 tilfu 8,11%, il-Premier Capital 2026 b’1.94%, it-Tumas Investments 2024 b’1.45% u l-Hili Properties 2025 b’1.25%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum għall-inqas livell minn Jannar wara sinjali li t-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku beda jnaqqas id-domanda u hekk kif l-akbar produttur taż-żejt fir-Russja qal li jooponi estensjoni tal-qtugh tal-produzzjoni mal-OPEC sal-aħħar tas-sena.

Il-prezz tad-deheb tela għall-ogħla livell fi tlitt xhur hekk kif kiber is-sentiment li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interess biex inaqqas l-effett tat-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Untii u ċ-Ċina u b’hekk jistimula d-domanda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

L-ewro ma kellu ebda movement kontra d-dollaru. Nuqqas ta’ statistika ekonomika u żviluppi maġġuri dwar it-tilwima kummerċali Amerikani żammew liż-żewġ muniti taħt kontroll bejn id-$1.1250 u d-$1.1188. L-ewro ftit wera…

Aktar