Barranin
Jitbaxxa l-prezz taż-żejt wara stqarrija tal-President Trump

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda l-analisti jgħidu li l-proposti dwar il-fond ta’rkupru, jekk jiksbu l-approazzjoni tal-membru tal-Unjoni Ewropea li diġà kienu xettiċi dwar il-proposti ta’ qabel minn Franza u l=Ġermanja,jistgħu jgħinu r-rata tal-munita unika.

L-ewro tela’ sa $1.1031 qabel tbaxxa għal $1.0985, li xorta hija żieda ta’ 0.3%. Tħassib dwar it-tweġiba Amerikana għal-leġiżlazzjoni Ċiniża dwar is-sigurtà f’Ħong Kong daħħal sentiment aktar kawt fis-swieq tal-kambju barrani.

L-Isterlina irtirat taħt id-$1.23 hekk kif dan issaħħaħ kontra l-Isterlina u l-fokus tal-investituri dar lejn il-possibiltà ta’ rati ta’ interessi negattivi fir-Renju Unit. L-Isterlina tilfet kontra l-ewro b’aktar minn 0.70% wara nofsinhar.

Indiċi

L-ishma fiż-żona tal-ewro għolew illum wara l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal pjan ta’ rkupru. Biex tassigura li l-irkupru huwa sostennibli, u inklussiv u ġust mal-Membri kollha, il-Kummissjoni qed tipproponi pjan, bl-isem Next Generation EU, imdaħħal f’baġit qawwi, modern u rivedut fit-tul. Il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-Programm ta’ Xogħol tagħha aġġustat għall-2020, li bħala prijorità ser ikollu l-azzjonijiet meħtieġa biex ikunu xprunati l-irkupru u r-reżiljenza tal-Ewropa,.

In-Next Generation EU ta’ €750 biljun kif ukoll rinforzi apposta fil-baġit għall-2021-2027 li b’kollox jitla għal €1.85 triljun.

L-indiċijiet fl-Istati Uniti żdiedu fil-ftuħ hekk kif żieda fl-attività tan-negozju qajmet tamiet ta’ irkupru ekonomiku wara l-pandemija, waqt li l-investuri baqgħu kawti dwar it-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Ishma

Is-suq tal-ishma lokali llum kien pożittiv bil-Bank of Valletta biss ikun negattiv bi tnaqqis ta’ 0.96%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments b’0.95%, il-GO b’1.11%,l- HSBC Bank Malta bi 2.08%, il-Malta International Airport bi 2.94%, il-MIDI b’5.13%, L-aħjar li marru kienu l-ishma tal-FIMBank b’żieda ta’  20%. Bħala riżultat tas-sentiment pożittiv l-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’1.545%.

Bonds

Anke is-suq tal-bonds lokali kien f’territorju pożittiv ħlief għal Best Deal Properties 2024 li tilfu 1.01% għal prezz ta’ €99.00.

Pożittivi kienu il-Merkanti Holding 2026 u l-Von der Heyden Group Finance  2024 b’1.01%, il-Premier Capital 2026 b’1.43%, il-Mariner Finance  2024 b’1.46%,  l-International Hotel Investments 2026 bi 2.04% u l-Hili Finance Company  2028 b’żieda ta’ 3.67%

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum wara li l-President Trump qal li kien qed jaħdem fuq tweġiba iebsa għal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà f’ong Kong proposta miċ-Ċina. Jekk ir-relazzjoijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jeħżienu sewwa dan jitfa’ pressjoni fuq in-negozji internazzjoni u d-domanda għaż-żejt diġà mdgħajfa mill-pandemija.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn illum hekk tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr tefa’ lill-investituri lejn assi riskjużi, ghalkemm ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ=Ċina dwar Ħong Kong sostnew il-prezzijiet tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Barranin

Id-dollaru żamm sod illum hekk kif il-kwatela dwar iż-żidiet rapidi fil-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti tefgħet dubju dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija u dan żamm mhux mittiefsa d-domanda għad-dollaru meqjus bħala munita…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan żdied illum hekk kif fatturi li jinfirxu minn tensjonijiet kummerċjali għal biża dwar mewġa oħra tal-coronavirus kabbru d-domanda għal muniti meqjusa siguri. L-ewro tbaxxa għal $1.1207 u…

Aktar