Jitbaxxa l-prezz taż-żejt

L-ewro baqa’ qrib l-inqas livell f’ġimagħtejn u d-dollaru tbiegħed mil-livelli għolja riċenti hekk kif hemm pressjoni fuq iż-żewġ muniti minn dħul li qed jitbaxxa mill-bonds tal-gvern.

L-irkupru globali fil-bonds kien aċċellera din il-ġimgħa minħabba aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju mill-banek ċentrali, għalkemm l-impatt fuq is-swieq tal-kambju kien limitat bil-volatilità tibqa baxxa.

Il-muniti kienu bla movement fil-bidu tan-negozju fl-Ewropa bis-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti magħluqa minħabba btala.

L-ewro kien nnegozjat ftit ogħla għal $1.1283. Il-munita ddgħajfet minn meta d-Direttur Maniġerjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Christine Lagarde, meqjusa bħala moderata, kienet nominata bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Indiċi

L-iStoxx 50 kien qed jinnegozja ftit ogħla mil-inqas limitu bl-ishma tat-telekomunikazzjoni jiżdiedu b’0.55%. Id-Dow Jones u n-Nasdaq għalqu lbieraħ fl-ogħla livelli wara li l-istatistika dwar il-pagi fl-Istati Uniti kienet ferm inqas minn dik mistennija u dan saħħaħ il-każ tal-Federal Reserve biex inaqqas ir-rati tal-interessi fi tmiem Lulju.

L-ishma fl-Asja u l-Paċifiku kienu mħalta bl-indiċijiet ewlenin fil-Ġappun, il-Korea t’Isfel u l-Awstralja javvanzaw waqt li kien hemm tnaqqis fiċ-Ċina u f’Kong Kong.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-FIMBank wera żieda ta’ 8,.33&, il-Mapfre Middlesea b’4% segwiti minn Malta Properties Company bi 3.79%. Santumas Shareholdings żdiedu bi 3.70%. Il-Malta International Airport naqsu bi 2.78%, it-Tigne Mall bi 2.70% u l-HSBC Bank Malta b’1.25%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 tilfu 1.92%, il-Premier Capital 2026 tilfu 0.76% u l-SP Finance 2029 kellhom tnaqqis ta’ 0.24%. It-Tum Finance 2029 żdiedu b’0.47^ segwiti mill-Bank of Valletta 2020 li avvanzaw b’0.15%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum minħabba statistika li wriet li kien hemm teħid inqas milli mistenni mill-ħażniet taż-żejt fl-Istati Uniti u tħassib dwar l-ekonomija globali. Il-Brent, tilef 0.52% għal $64.54. Il-United States West Texas Intermediate tbaxxa b’0.96% għal $56.84.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Barranin

Muniti  L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet…

Barranin

L-ewro stabilizza ruħu qrib id-$1.09 f’din li hija meqjusa bħala ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej hekk kif jiddibattu l-punti ewlenin ta’ fond ta’ rkupru immirat li jgħin lill-pajjiżi membri. L-Awstrija, in-Netherlands,…

Aktar