Barranin
Jitbaxxa l-valur tal-ewro wara l-elezzjoni fil-Katalunja

Id-dollaru ssaħħaħ din il-ġimgħa għalkemm baqa’ sejjer lejn telf matul il-ġimgħa, waqt li l-ewro tbaxxa sewwa wara li l-elezzjoni fil-Katalunja indikat rebħa għas-separatisti f’daqqa ta’ ħarta għall-Gvern Spanjol.

Il-Gvern kien ittama li l-elezzjoni Katalana kienet ser tieħu l-kontroll tal-parlament reġjonali minn idejn il-partiti favur l-indipendenza u b’hekk itemmu l-kampanja tagħhom biex jinqatgħu mill-pajjiż.  Iżda b’96% tal-voti magħduda, is-separatisti ser jirbħu 70 minn 135 siġġu.

L-Isterlina ddgħajfet xi ftit din il-ġimgħa qabel ma joħorġu ċifri riveduti tat-tkabbir ekonomiku għat-tielet kwart u statistika dwar id-daqs tal-kont kurrenti Brittanniku bl-investituri jevitaw xiri bil-kbir qabel il-btajjel.

Din il-ġimgħa, id-dollaru Kanadiż laħaq l-ogħla livell kontra dak Amerikan f’aktar minn ġimagħtejn mgħejjun minn inflazzjoni għolja u statistika dwar il-bejgħ bl-imnut li kabbret it-tamiet li l-Bank of Canada jista’ jgħolli r-rati tal-interessi anke sa Jannar.

Din il-ġimgħa, il-Kungress Amerikan skansa għeluq tad-dipartimenti tal-gvern jum biss qabel mal-finanzjament federali kien ser jagħlaq, u bagħat abbozz ta’ liġi lil President Turmp biex jipprovdi ftit finanzi sabiex l-aġenziji tal-gvern ikomplu jaħdmu sad-19 ta’ Jannar.

Il-prezzijiet taż-żejt din il-ġimgħa tbaxxew minn uħud mill-ogħla livell mill-2015, minħabba l-produzzjoni li qed tiżdied mill-Istati Uniti u l-ftuħ mistenni f’Jannar tal-pipeline fil-Baħar tat-Tramuntana.

Il-prezzijiet tad-deheb baqgħu taħt l-ogħla livell f’ġimagħtejn fil-ftit negozju qabel il-btajjel fosthom isħma aktar b’saħħithom u dollaru inqas b’saħħtu, u għalhekk ser ikollhom it-tieni ġimgħa konsekuttiva ta’ żieda.

Il-ġimgħa d-dieħla ser ikollna l-pubblikazzjoni mill-Istati Uniti tal-fiduċja tal-konsumatur u t-talbiet għall-benefiċċji tal-qgħad. Mill-Ġermanja joħorġu ċ-ċifri tal-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Leġiżlazzjoni maħsuba biex tiskansa għeluq imminenti tal-uffiċċji federali fl-Istati Uniti iltaqgħet ma’ ostakli fis-Senat Amerikan tard ilbieraħ minkejja li ftit sigħat qabel il-Kamra tar-Rappreżentanti kienet approvat l-abbozz ta’ liġi dwar…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro   Id-Dollaru żdied wara li kmieni fis-sessjoni kien l-laħaq l-inqas livell fi tliet snin hekk kif id-dħul aktar mill-Bonds tat-Teżor ħajru lill-investituri li jnaqqsu s-sentiment kontra d-dollaru….

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum tilef kważi ċenteżmu wara li kien tela’ għall-ogħla livell fi tliet snin ‘il fuq minn $1.23, hekk kif xi investituri kabbru l-ottimiżmu dwar il-munita, għalkemm…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin għax l-investituri biegħu l-munita minħabba dubju li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwarrab il-wegħda tiegħu li jkompli jixtri l-bonds fil-laqgħa tal-ġimgħa…

Aktar