Barranin, Lokali
Jitbaxxa l-valur tas-Sterlina wara nuqqas ta ftehim mal-UE dwar il-kummerċ

Il-Muniti

L-Isterlina tbaxxiet għax żdied it-tħassib li nuqqas ta ftehim dwar l-abbozz ta’ linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar ftehim kummerċjali mar-Renju Unit mhux ser jippermetti ftehim tranżitorju sa tmiem dan ix-xahar. Il-Ministru tal-Finanzi Ingliż Philip Hammond qal ilbieraħ li ftehim ta’ tranżizzjoni ser jintlaħaq dan ix-xahar. L-inċertezza dwar jekk dan huwiex fattibbli tefgħet pressjoni fuq il-lira għax l-Unjoni Ewropea ppublikat il-linji gwida dakinhar stess.

Id-dollaru Awstraljan ssoda hekk kif l-investituri stennew dettalji tat-tariffi proposti mill-Istati Uniti li qajmu biża’ ta’ gwerra kummerċjali dinjija. Id-dollaru Awstraljan ftit inbidel mir-rata ta’ tard ilbieraħ li kienet kważi 1.59 Dollaru Awstraljan kull ewro.

It-tibdil fis-swieq finanzjarji kienu ftit illum għax l-investituri ftit riedu jinvestu qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-ewro kien qed jiġi nnegozjat aktar baxx kontra d-dollaru b’$1.2380, u b’hekk tilef 0.26% biex kien l-aktar munita ewlenija li kellha tibdil.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej żdiedu, hekk kif żdied il-pass ta’ għeluq tal-ftehimiet ta’ xiri u naqset il-biża’ ta’ gwerra kummerċjali għalkemm xi aġġornamenti dwar riżultati finanzjarji minn kumpaniji kienu diżappuntanti. L-iSTOXX 50 żdied b’0.02% sa nofsinhar  bis-setturi tad-difiża fuq quddiem waqt li l-ishma taż-żejt u l-materjali ħallew effett fost sinjali li l-Istati Uniti tista’ tagħmel konċessjonijiet dwar it-tariffi ppjanati.

Banek Ċentrali

Kmieni din il-ġimgħa, l-Awstralja u l-Kanada ppublikaw id-deċiżjoni dwar ir-rati tal-interess fejn il-bank ċentrali Awstraljan ma bidilx ir-rata ta’ 1.5% waqt li dak Kanadiż ħalla wkoll ir-rata 1.25%. Ir-rata fiż-żona tal-ewro bħalissa hija 0% u l-Bank Ċentrali Ewropew mistenni ma jbiddiliex iżda jibdel xi ftit il-mod ta’ komunikazzjoni biex joffri  talanqas ftit ħjiel dwar il-progress lejn it-tmiem tal-istimulu monetarju aktar tard din is-sena. Wara li qajjem it-tkabbir fiż-żona tal-ewro bi stimulu qawwi, il-BankĊentrali Ewropew issa qed jiddibatti jekk inaqqasx l-istimulu jew iżommu. Iżda mistenni jipprevali t-tħassib dwar l-inflazzjoni, ewro b’saħħtu,  ir-riskju politiku li qed jiżdied u l-volatilità riċenti fis-swieq.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijeit taż-żejt kienu b’mod ġenerali sodi llum iżda xorta dehru li qed jonqsu matul ġimgħa għat-tieni darba infila fl-isfond ta’ żieda fil-produzzjoni Amerikana u żieda fl-inventarji. Il-Brent kien riesaq lejn tnaqqis ta’ 0.1% din il-ġimgħa, wara t-tnaqqis ta’ 4.4% tal-ġimgħa li għaddiet. Żieda fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti  li kienet irappurtata fil-jum preċedenti ma kinitx daqstant kbira daqs kemm kien mistenni, hekk kif il-ħażniet għandhom xeħta li jiżdiedu lejn tmiem ix-xitwa hekk kif ir-raffineriji jagħmlu il-manutensjoni. Iżda bit-theddida li l-Istati Uniti tista’ tibda gwerra kummerċjali ma’ wħud mill-isħab prinċipali tagħha, is-swieq finanzjarji huma anzjużi. Il-prezzijiet tal-prodotti essenzjali baqgħu taħt pressjoni.

Il-prezzijeit tad-deheb żammew stabbli hekk kif l-investituri stennew aktar dettalji dwar it-tariffi proposti mill-President Trump fuq l-azzar u l-aluminju, ir-riżultat tal-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-istatistika dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti. Il-prezz tad-deheb żdied 0.2% għal €1,3228.81 kull uqija kmieni filgħodu u imbagħad tilef parti miż-żieda. Il-prezz ilbierah kien l-ogħla f’ġimgħa b’$1,340.42 kull uqija waqt għalaq b’$1,325.49. Il-fidda tbaxxa għal ftit għal inqas minn $16.5 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Barranin

Muniti L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed…

Barranin

L-ewro żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn wara assigurazzjoni mill-Italja li mhix ser titlaq mill-Unjoni Ewropea u dan ikkalma lill-investituri qabel laqgħa importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija Taljan qal ilbieraħ li…

Barranin

Muniti L-Ewro żdied għall-ogħla livell f’10 ijiem wara li uffiċjali qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwaqqaf il-programm ta’ stimulu tiegħu sa tmiem 2018 u li l-inflazzjoni kienet qed tiżdied…

Aktar