Jitbaxxew il-bonds tal-Gvern Taljan minħabba l-inkwiet fi ħdan il-koalizzjoni

L-ewro ma kellu ebda movement kontra d-dollaru. Nuqqas ta’ statistika ekonomika u żviluppi maġġuri dwar it-tilwima kummerċali Amerikani żammew liż-żewġ muniti taħt kontroll bejn id-$1.1250 u d-$1.1188. L-ewro ftit wera reazzjoni għall-aħbar li l-Gvern Taljan jinsab qrib li jaqa’ wara li l-mexxej tal-Lega, Matteo Salvini, qal li l-koalizzjoni mal-Moviment Cinque Stelle mhijiex tenibbli u appella għal elezzjoni ġenerali.

L-ewro żdied b’0.12% kontra l-Isterlina, 0.06% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.03% kontra l-Frank Żvizzeru. Sadattant l-munita tilfet 0.01% konra d-Dollaru Awstraljan u 0.04 kontra l-Yen.

L-ishma Ewropej ċċaqilqu u l-bonds tal-Gvern Taljan tbaxxew sewwa għax il-koalizzjoni tinsab fl-inkwiet. L-ishma globali qed itemmu l-ġimgħa jitħabtu biex jirkupraw mill-waqgħa ta nnhar tt-Tnejn hekk kif qed ikompli t-tħassib li ċ-Ċina tista’ tkompli tħalli lill-munita tagħha tiddgħajjef. Il-FTSE 100 tilef 0.23%; l-iSTOXX 50 b’0.56%; id-DAX b’0.51% u l-CAC 40 tbaxxa b’0.45%.

Iż-żejt Brent żdied b’0.12% għal $57.45 u l-United States West Texas Intermediate żdied b’0.11% għal $52.60.

Id-deheb avvanza b’0.09% għal $1,502.26. Il-fidda telgħet b’0.51% għal €17.02.

Matul il-ġimgħa li ġejja mistenni li toħroġ din l-istatistika u rapporti. Nhar it-Tlieta ikun hemm l-Prezzijiet tal-Konsumatur mill-Ġermanja r-Rata tal-qgħad fir-Renju Unit u l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur fl-Istati Uniti.

L-Erbgħa joħroġ l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur fir-Renju Unit; il-Prodott Domestiku Gross mill-Ġermanja u l-Prodott Domestiku Gross Ewropew.

Nhar il-Ħamis mill-Istati Uniti joħorġu ċ-ċifri tal-bejgħ bl-imnut u l-bidla fl-impjiegi u r-rata tal-qgħad mill-Awstralja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Id-dollaru miexi lejn l-akbar telf f’ħames ġimgħat kontra r-rivali tiegħu hekk kif il-prospetti ta’ ftehim kummerċjali parzjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kebbes il-ħeġġa għal muniti li jiffavorixxu l-kummerċ bħall-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Aktar