Jitbaxxew il-prezzijiet tad-deheb u taż-żejt

L-ewro ftit li xejn iċċaqlaq wara l-ħruġ ta’ statistika li wriet li l-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro aċċellerat matul Diċembru u l-bejgħ bl-imnut kien aħjar milli mistenni. L-aħħar stħarriġ juri fiduċja imtejba fost l-investitur u n-negozji. Il-yen u l-frank Żvizzeru irtiraw mil-livelli għolja riċenti hekk kif l-investituri qiesu li naqsu ċ-ċansijiet ta’ kunflitt sħiħ bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif żdied id-dollaru, bl-investituri jsegwu r-ritorn tal-membri fil-Parlament Ingliż wara l-waqfa tal-Milied biex jivvutaw dwar il-ftehim tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea maqbul mill-Prim Ministru John.

Kmieni fil-jum, l-Isterlina telgħet għall-ogħla rata ‘il fuq minn $1.32, iżda hekk kif beda n-negozju finanzjarju fl-Istati Uniti, hija waqgħet għal kważi $1.31.

Id-dollaru rkupra fost serħan tas-swieq li s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani ma ħżinitx aktar. Il-parteċipant qed isegwu b’attenzjoni għal xi sinjali ta’ ritaljazzjoni mill-Iran wara l-qtil mill-Amerikani ta’ ġenerali importanti ħafna Iranjan.

L-ishma Ewropej żdiedu wara jumejn ta’ telf hekk kif naqas it-tħassib dwar l-Istati Uniti u l-Iran waqt li l-ishma tat-teknoloġija segwew lil sħabhom f’Wall Street u żdiedu. Bejgħ qawwi ta’ ishma nhar it-Tnejn li għadda wara l-qtil tal-ġenerali naqas fl-assenza ta’ xi żieda fit-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-S&P 500 u d-Dow Jones fetħu ftit aktar baxxi llum, minħabba l-ishma ta’kumpaniji tal-kura tas-saħħa u tal-enerġija, waqt li n-Nasdaq kien sostnut minn rapporti pożittivi mill-manifatturi taċ-chips.

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta għalqu negattivament b’0.47% segwiti mill-International Hotel Investments b’1.23% u Lombard Bank Malta li tilfu 4.39%. L-akbar tnaqqis kien fil-Mapfre Middlesea b’6.78% għal €2.20.
Local Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 naqsu b’0.49% u l-Hal Mann Vella Group 2024 tilfu wkoll bi 3.66%. F’territorju pożittiv l-aħjar li marru kienu Tumas Investments 2024 li żdiedu bi 2.91%. L-SD Finance 2027 żdiedu b’0.47%, il-MeDirect Bank (Malta) 2024-2029 ib’0.49%, il-Mercury Projects Finance 2031 b’0.67% u l-Bank of Valletta 2030 (It-tieni serje) ftit aktar minn 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt llum tilfu xi żidiet tal-ġranet preċedenti hekk kif l-investituri kkunsidraw mill-ġdid il-possibiltà ta’ tfixkil immedjat fil-provvista fil-Lvant Nofsani wara l-qtil tal-ġenerali ewlieni Iranjan.

Il-prezzijiet tad-deheb irtiraw mil-livell qrib l-ogħla f’seba’snin milħuq fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-investituri għamlu profit fl-assenza ta’ żviluppi ġodda fis-sitwazzjoni tensa bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet…

Aktar