Barranin
Jitbaxxew is-swieq finanzjarji wara li Trump ipprojbixxa tranżazzjonijiet ta’ żewġ apps

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern fid-dinja fi żmien meta d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan huma qrib livell baxx rekord.

Id-dollaru irpilja u l-yuan tilef wara li l-President Trump ħa passi sabiex jipprojbixxi tranżazzjonijiet mas-sidien Ċiniżi ta’ żewġ apps tal-mowbajl popolari.

It-tkabbir fl-impjiegi fl-Istati Uniti kien mistenni jonqos b’mod sinifikanti f’Lulju fost qawmien fl-infezzjonijiet tal-COVID-19, li jipprovdi xhieda mill-aktar ċara sa issa li l-irkupru ekonomiku mir-riċessjoni kkawżata mill-pandemija kien qed ifalli.

Id-dollaru Awstraljan tbaxxa wkoll, milqut ħażin minn tħassib dwar ir-relazzjonijiet li qed jeħżienu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-valutazzjoni ħażina tal-ekonomija lokali mir-Reserve Bank of Australia.

Iż-żidiet fid-dollaru Amerikan kontra l-Frank Żvizzeru, l-Isterlina u l-Ewro sar meta l-investituri qed jistennew il-ħruġ taċ-ċifri tal-impjiegi, eskluża l-biedja, li huwa mbassar li ser juru tnaqqis fil-ħolqien tal-impjiegi.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji dinjin tbaxxew llum wara li l-President Trump kabbar it-tensjonijiet diġà għolja maċ-Ċina billi ipprojbixxa tranżazzjonijiet maż-żewġ apps popolari Ċiniżi, WeChat ta’ Tencent u Tiktok ta’ ByteDance.

Il-klijenti domestiċi ta’ Uber Technoloġies Inc aktar milli irduppjaw l-ordnijiet tagħhom mis-servizz tat-twassil tal-ikel fid-djar fit-tieni kwart tas-sena iżda d-domanda għas-servizz tal-karozzi bil-mowbajl irkupraw mill-livelli baxxi tal-pandemija.

L-ekonomija Ċiniża tidher li qed isaħħaħ il-pass matul Lulju hekk kif żdiedet l-esportazzjoni bl-akbar ammont din is-sena waqt li xi importazzjoni ta’ materja prima laħqet livell għolja rekord, u dan żied mat-tamiet għal irkupru aktar fis-sod.

L-ekonomija qegħda toħroġ gradwalment mit-tnaqqis rekord fl-ewwel tliet xhur tas-sena iżda l-irkupru jibqa’ fraġli hekk kif iż-żieda fil-każi tal-coronavirus madwar id-dinja u restrizzjonijiet jistgħu jolqtu d-domanda. L-infiq mill-konsumatur Ċiniż baqgħet ukoll baxxa fost telf ta’ impjiegi u tħassib dwar qawmien mill-ġdid tal-infezzjonijiet.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, u dan żied mat-telf mis-sessjoni ta’ qabel, minħabba tħassib li l-irkupru fid-domanda għall-fjuwil ser tonqos fost iż-żieda fil-każi tal-coronavirus u hekk kif waqfu t-taħditiet fl-Istati Uniti dwar ftehim ta’ stimulu ġdid.

Id-deheb estenda l-perjodu rekord ta’ żidiet, minħabba l-aspettattivi ta’ aktar stimulu fl-Istati Uniti biex tissaħħaħ l-ekonomija waqt li qed jiżdiedu l-każi tal-virus.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar