Barranin
Jitbaxxew l-ishma u l-prezz taż-żejt minħabba l-liġi li ċ-Ċina trid timponi fuq Hong Kong

Muniti

Id-dollaru dalgħodu żdied  0.24% għal $1.0925 kull ewro wara ż-żieda ta’ 0.3% fis-sessjoni ta’ qabel. L-Isterlina żammet stabbli għal $1.2216 qabel ma statistika li kellha toħroġ tard illum li kienet mistennija turi tnaqqis qawwi fil-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit.

Id-dollaru żdied kontra l-muniti rivali ewlenin hekk t-tħassib dwar tensjonijiet diplomatiċi li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina appoġġa d-domanda għal assi sikuri bħad-dollaru. Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ħżienu dwar firxa wiesa ta’ kwistjonijiet, inkluż it-trattament taċ-Ċina għal dik li kienet il-kolonja Ingliża ta’ Hong Kong u t-tweġiba tagħha għall-pandemija tal-coronavirus,li kabbar is-sentiment kontra r-riskju.

It-tensjonijiet ġeopolitiċi ġodda ukoll xprunaw lil yen iżda baxxew lil yuan Ċiniż għall-inqas rata f’xahar u laqtu ħażin ukoll lid-dollaru tal-Awstralja u ta’ New Zealand.

Iċ-Ċina mistennija li timponi liġi ġdida ta’ sigurtà nazzjonali fuq Hong Kong wara l-inkwiet favur id-demokrazija tas-sena li għaddiet fil-belt. Il-President Trump wissa li l-gvern tiegħu jirreaġixxi b’qawwa għal-leġiżlazzjoni.

Ishma

L-ishma globali waqgħu llum hekk kif l-inkwiet politiku f’Hong Kong reġa’ feġġ bħala punt ta’ inkwiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma Ewropej fetħu aktar baxxi llum minħabba r-relazzjonijiet li qed jeħżienu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li potenżjalment qed jheddu l-ftehim kummerċjali tal-Ewwel Fazi iffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi kmieni din is-sena. L-iSTOXX 600 tilef 1.2% bl-ishma tar-riżorsi bażiċi jitilfu 2.7% biex ikunu fuq quddiemnett tat-telf hekk kif is-setturi kollha u l-boroż ewlenin daħlu f’territorju negattiv.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum, mhux biss minħabba t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina iżda ukoll għax Beijing ma ffissax il-mira tat-tkabbir ekonomiku għal din is-sena, u dan qajjem biża’ li l-pandemija tal-coronavirus ser tkisser id-domanda għaż-żejt fit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja. Il-prezzijiet taż-żejt kienu żdiedu sewwa fil-ġimgħat riċenti u xorta resqin lejn ir-raba’ ġimgħa ta’ żidiet wara l-livelli baxxi ferm ta’ April meta l-prezz għaż-żejt Amerikan waqa’ taħt iż-żero.

Madankollu, is-swieq kienu diżappuntati bid-deċiżjoni Ċiniża hekk kif il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu beda laqgħa ta’ ġimgħa.

Il-Brent kien qed jinbiegħu bi tnaqqis ta’  $1.43, jew 4%, għal $34.63 kull barmil kmieni dalgħodu wara li kien waqa sa $33.54. Il-West Texas Intermediate tilef $1.81, jew 5.3% għal $32.11, wara li kien waqa sa $30.72.

Id-deheb żdied illum hekk kif żieda fit-tensjonijiet bejn l-Istati  Uniti u ċ-Ċina saħħew is-sentiment lejn id-dollaru bħala assi sikur, għalkemm indikaturi ekonomiċi pożittivi f’ċerti pajjiżi li fetħu l-ekonomiji wasslu għal tnaqqis fil-prezz fuq din il-ġimgħa.  Il-prezz kien tela’ għall-aħjar livell minn Ottubru 2021 nhar it-Tnejn iżda minn dakinhar beda jitlef u risaq lejn telf ta’ 0.7% din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.30 u żammet maż-żidiet riċenti minħabba d-djufija tad-dollaru, li ibbilanċjaw sewwa l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika fir-Renju Unit.  L-Isterlina kompliet timxi ‘il quddiem…

Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Aktar