Barranin
Jitbaxxew l-ishma wara li l-kumpanija Apple wriet it-tħassib tagħha fuq it-tkabbir ekonomiku dinji

L-Ewro kien sod matul is-sessjoni tal-lum. Fl-Istati Uniti, il-fokus huwa fuq iċ-ċifrri tal-impjiegi għall-bqija ta’ dil-ġimgħa. Iċ-ċifri, eskluża l-biedja mistennija li ma jinbidlux. Il-qgħad mistenni li jkompli jiżdied bi stima ta’ 220,000. Nhar il-Ġimgħa, iż-żona tal-Ewro ser toħroġ l-istatistika dwar il-prezzijiet tal-konsumatur, waqt l-Istati Uniti joħorġu ċ-ċifri tal-impjiegi u t-tkabbir fil-paga. L-indiċi tal-manifattura mistennija li jitbaxxa għal 57.7 punti.

L-Ewro wera żieda ta’ 0.05% kontra d-Dollaru għal $1.1350. L-Ewro żdied b’0.41% kotnra l-Isterlina, 0.31% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.08% kontra d-dollaru Kanadiż. Min-naħa l-oħra, l-Ewro tilef 1.13% il-Yen u 0.07% kontra l-Frank Żvizzeru.

Il-prezzijiet futuri tal-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew flimkien mal-ishma fl-Ewropa wara li l-kumpanija Apple Inc żiedet it-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku mondjali bi tnaqqis fil-prospetti ta’ bejgħ tagħhom.

Il-FTSE 100 tilef 0.29%; l-iSTOXX 50 b’0.91%; id-DAX b’1.22% u l-CAC 40 tilef 1.10%.

Id-Dow Jones tilef 1.47% mal-ftuħ tas-sessjoni.

Il-prezzijiet tal-Brent illum żdied b’1.17% għal $55.55 waqt li l-U.S. Light crude wera żieda ta’ 0.39% għal $46.7.

Id-deheb żdied b’0.35% għal $1,289.03 waqt li kien hemm żieda ta’ 0.48% fil-fidda għal $15.60.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Aktar