Barranin
Jitfixkel in-negozju finanzjarju bit-tkaxkir tas-saqajn tal-gvern Amerikan

Muniti

L-Ewro tbaxxa llum hekk kif iddgħajjef is-sentiment tal-maniġers tax-xiri fl-industrija taż-żona tal-Ewro tellef l-istatistika ferm aħjar milli kienet mistennija dwar l-attività tan-negozju, waqt li t-tħassib dwar l-iskadenza ta’ tmiem il-ġimgħa sabiex il-gvern Amerikan jimponi tariffi fuq l-importazzjoni Ċiniża fixklet in-negozju finanzjarju. Il-munita unika tilfet 0.11% għal $1.1642.

L-Ewro tilef 0.26% kontra l-Isterlina, 0.21% kontra l-Yen u 0.11% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej segwew lill-kontraparti tagħhom fl-Asja fit-telf hekk kif l-investituri qed jitħassbu dwar it-tariffi Amerikani fuq kemm jiswew $34 Biljun ta’ importazzjoni Ċiniża li jibdew iseħħu fi tmiem il-ġimgħa. Beijing diġà qal li ser jirritalja b’tariffi fuq prodotti Amerikani.

Il-FTSE 100 u d-DAX kienu f’territorju negattiv bid-DAX l-aktar milqut bi tnaqqis ta’ 0.26%. Madankollu l-iSTOXX 50 u l-CAC 40 żdiedu b’0.16% u 0.13% rispettivament.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.54% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta wera żieda ta’ 0.214%.
Shares

L-ishma tal-Malita Investments, l-HSBC Bank Malta, il-MIDI, il-Malta International Airport u l-Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 0.20% bil-Malita Investments juru l-akbar żieda dik ta’ 3.47%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, il-GAP Group 2023, il-United Finance 2023 u l-Bank of Valletta 2020 żdiedu b’0.49%, 0.30% u 0.01% rispettivament.

Sadattant is-6PM Holdings 2025, l-International Hotel Investments 2026, il-GlobalCapital 2021 u l-Hili Properties 2025 kollha tilfu aktar minn 1.00% bil-Hili Properties jitilfu l-aktar, 2.37%.

Il-prezz tal-Brent li huwa l-prezz ta referenza estenda ż-żidiet minħabba t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani u tnaqqis fl-inventarji tal-Istati Uniti għat-tieni ġimgħa konsekuttiva minħabba tilwima kkawżata minn waqfien f’faċilità Kanadiża. Il-prezz kien qrib l-ogħla tas-sessjoni wara li kmandant tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjni qal li kien lest li ma jħallix esportazzjoni taż-żejt reġjonali jekk il-bejgħ taż-żejt Iranjan ikun ipprojbit mill-Istati Uniti.

Il-Brent wera żieda ta’ 0.21% għal $77.97 waqt li l-U.S.Light crude tbaxxa b’0.66% għal 73.65 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.21% għal $1,256.04 kull uqija waqt li dak tal-fidda tilef 0.16% għal %16.05 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar