Barranin, Lokali
Jittappan l-ottimiżmu fil-konfront tal-aqwa ekonomija fiż-żona ewro

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro telgħet ogħla minn $1.10 illum u b’hekk żdiedet b’0.8% għall-ogħla livell minn meta Donald Trump kien elett President f’Novembru, hekk kif id-dollaru iddgħajjef bil-bosta minħabba tħassib dwar il-kxif ta’ informazzjoni minn Trump lill-uffiċjali Russi.

L-isterlina tilfet fin-negozju ta’ filgħodu hekk kif investituri spekulattivi naqqsu s-sentiment kontra l-ewro u l-bejjiegħa kellhom ineħħu l-isterlina biex din telgħet ‘il fuq minn $1.2950 li segwiet wara ċifri qawwija ta’ inflazzjoni.

Indiċijiet
Id-Dow Jones fetaħ 0.14% ogħla. Is-swieq finanzjarji Ewropej kienu qed jinnegozjaw imħalltin. L-indiċi ewlieni Euro Stoxx 50 żdied b’0.04%, id-DAX b’0.09% u l-CAC 40 tilef 0.18%. Il-FTSE 100 avvanza 0.83%. L-indiċi Ingliża żdied għal-livell ogħla wara li l-Isterlina estendiet it-telf kontra d-dollaru wara żieda qawwija fl-inflazzjoni fir-Renju Unit f’April.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali kien imħallat. Il-FIMBank u GO żdiedu bi 3.73% u 0.69% rispettivament. Min-naħa l-oħra l-PG u l-HSBC Bank Malta tilfu 0.69% u 1.00% rispettivament.

Bonds

Is-sessjoni tal-bonds lokali kienet ġeneralment pożittiva., Is-Central Business Centres 2025 żdiedu b’1.41%; l-International Hotel Investments 2025 b’0.94%; Simonds Farsons Cisk 2017/20 b’0.73%; SD Finance 2027 b’0.55% u l-International Hotel Investments 2026 b’0.44%.

F’territorju negattiv kienu l-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje) u l-Von der Heyden Group Finance 2024 li tilfu 0.03% u 0.50% rispettivmanet.

Indikaturi Ekonomiċi

Is-sentiment ekonomiku Ġermaniż żdied inqas milli kien mistenni f’Mejju, ma laħaqx it-tbassir u tappan l-ottimiżmu fuq l-aqwa ekonomija taż-żona tal-ewro. F’rapport, iċ-Ċentru ZEW għal Riċerka Ekonomika qal li l-indiċi tiegħu tela’ għal 20.6 minn 19.5 f’April. L-analisti kienu qed jistennew li l-indiċi jitla għal 22.0 matul Mejju.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt estendew iż-żidiet tagħhom wara li l-akbar produtturi, l-Għarabja Sawdija, ir-Russja u l-Kuwajt, appoġġjaw l-fehma li qtugħ fil-produzzjoni ikompli sejjer sa tmiem Marzu 2018 bi sforz biex tonqos għal kollox l-provvista żejda mondjali.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll estendew iż-żidiet għar-raba jum wara l-ieħor hekk kif l-inkwiet politiku fl-Istati Uniti laqtu ħażin lid-dollaru waqt li sentiment aħjar fl-Ewropa ta spinta lill-ewro.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar